Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 12 Marzu 2020
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 2 min qari

8 raġunijiet għaliex għandek tikkunsidra xogħol staġonali

Xogħol staġonali (jew temporanju) ta’ spiss huwa kkunsidrat bħala għażla sekondarja u inqas mixtieqa meta mqabbel ma’ impjieg full-time, iżda dan mhuwiex neċessarjament il-każ. Hawn taħt aħna nikkondividu lista ta’ raġunijiet għaliex għandek tikkunsidra xogħol staġonali.

8 reasons you should consider seasonal work
Shutterstock
  1. Aċċess għal pożizzjonijiet ta’ livell ta’ dħul

L-impjiegi staġonali ta’ spiss joffru pożizzjonijiet ta’ livell ta’ dħul li jkunu ħafna aktar diffiċli biex jinstabu f’setturi oħrajn. Dan jista’ jipprovdi tarġa għall-futur, li tagħtik esperjenza li tista’ twassal għal opportunità ta’ karriera rilevanti aktar ‘il quddiem.

  1. Ipprova qasam ġdid tax-xogħol jew impjegatur ġdid

Jekk qed tfittex karriera ġdida, jew jinteressak taħdem ma’ impjegatur differenti, l-impjieg staġonali jista’ jippermettilek tittestja dan mingħajr periklu, fl-għarfien li jekk ma jogħġbokx, int ma tkunx ħadt impenn fit-tul.

  1. Agħmel użu minn opportunitajiet ta’ ħiliet uniċi

Il-varjetà ta’ opportunitajiet ta’ xogħol staġonali disponibbli (f’postijiet tal-iski, festivals u fil-bejgħ bl-imnut jew fl-agrikoltura, pereżempju) tista’ tipprovdilek iċ-ċans li ttejjeb il-ħiliet speċifiċi u mfittxija li ma tkunx tista’ tiżviluppa fi rwoli oħrajn.

  1. Tejjeb is-CV tiegħek

Jekk qiegħed/qiegħda bejn impjieg u ieħor, ix-xogħol staġonali jista’ jkun mod tajjeb kif timla l-lakuni fis-CV tiegħek, kif ukoll jipprovdik b’ħiliet ta’ valur u bi dħul tant meħtieġ fil-frattemp.

  1. Iftaħ il-bieb għal aktar xogħol

Hekk kif ix-xogħol staġonali jista’ jagħtik l-opportunità li tittestja l-ħidma ma’ impjegatur partikolari jew f’ċertu qasam, jippermettilhom ukoll li jittestjawk, u jaraw kif tmur fl-ambjent tax-xogħol tagħhom. Jekk l-impjegatur tiegħek jara li int partikolarment bieżel/bieżla u motivat/a, hemm ċans tajjeb li tiġi offrut/a pożizzjoni fit-tul.

  1. Tiżviluppa firxa usa’ ta’ kuntatti professjonali

Fi tmiem il-kuntratt tax-xogħol staġonali tiegħek, anki jekk ma tiġix offrut/a pożizzjoni full-time, xorta waħda tkun ħdimt ma’ grupp sħiħ ta’ persuni ġodda li jistgħu jagħmluk f'kuntatt ma’ opportunitajiet futuri.

  1. Ivvjaġġar

Ħafna mix-xogħol staġonali huwa bbażat fl-industrija tat-turiżmu, li jista’ jipprovdilek l-opportunità li tivvjaġġa u li taħdem barra minn pajjiżek, u li tara postijiet ġodda u li tesperjenza kulturi ġodda, filwaqt li tkun qed titħallas ukoll!

  1. Qatta’ ħin barra

Min-natura tiegħu, xogħol staġonali huwa bbażat fuq barra, peress li dan huwa x-xogħol l-aktar dipendenti fuq l-istaġuni u t-temp. Hemm ħafna benefiċċji meta tqatta’ ħin barra, pereżempju tista’ tagħti spinta lis-sistema immunitarja tiegħek u tħalli impatt pożittiv fuq is-saħħa mentali tiegħek.

Nittamaw li dawn il-pariri jispirawk biex tħares lejn opportunitajiet ta’ impjieg staġonali adatti għall-għanijiet tal-karriera tiegħek!

Fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib il-Persunal tal-EURES..

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li għadhom se jsiru

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Żgħażagħ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.