B’ħidma mal-Università ta’ Teramo, fl-Italja, l-EURES tal-Italja joffri workshops għall-istudenti, għall-gradwati u għall-pubbliku fejn jgħallimhom kif jagħmlu CVs konvinċenti bit-Taljan u bl-Ingliż.
Il-parteċipanti jitgħallmu kif jiktbu CV biż-żewġ lingwi, b’fokus fuq il-Mudell Ewropew tal-Europass, kif jirreġistraw fuq il-portal tal-EURES, kif jiktbu ittra ta’ motivazzjoni għall-impjegaturi fl-Italja u barra mill-Italja, kif jagħmlu applikazzjoni spontanja, kif japplikaw għal opportunitajiet ta’ xogħol fuq il-portal tal-EURES u kif jippreżentaw lilhom infushom f’intervista ta’ xogħol.
Diversi żgħażagħ li qed ifittxu x-xogħol qed jibbenefikaw mir-riżultati ta’ dan il-proġett. Wieħed minnhom hu Saverio Zappacosta, 24, minn Pescara l-Italja, li hu rreġistrat fil-fakultà tax-xjenzi tal-komunikazzjoni tal-Università u li qiegħed iqatta’ sena fl-Università ta’ Wyoming fl-Istati Uniti.
Hu jgħid, “Dan is-seminar kien fattur ta’ bidla għalija għaliex sar eżatt qabel ma tlaqt lejn l-Istati Uniti.” “Kont kapaċi nifhem il-varjazzjonijiet bejn is-CVs f’pajjiżi differenti u kif nuri l-ħiliet tiegħi bl-aħjar mod skont il-pajjiż li kont se mmur fih u skont liema impjieg kont qed napplika għalih. Qabel dan is-seminar, ma kontx indunajt li wħud mill-ħiliet tiegħi kienu uniċi, u jiena kont kapaċi nesponihom aħjar fuq ir-resumè tiegħi.” Ladarba wasal l-Amerika, sab impjieg immedjatament.
Parteċipant sodisfatt ieħor hu Mirko Rabottini ta’ 22 sena minn Teramo, l-Italja, li jinsab fit-tieni sena ta’ lawrja fl-ekonomija.
Hu jgħid, “Il-workshop kien essenzjali biex ħloqt il-curriculum vitae tiegħi. B’mod partikolari, tgħallimt ħafna dwar liema mudell għandi nuża u kif nadattah għal applikazzjonijiet speċifiċi.” “Fl-aħħar ħloqt CV infografiku, kif ukoll il-verżjoni bl-Ingliż tas-CV tal-Europass, li bih applikajt għal diversi impjiegi. Intgħażilt minn tlieta mill-ħames aġenziji li applikajt magħhom.”
Anna Bongiovanni, Konsulent tal-EURES ibbażata f’Abruzzo, l-Italja, tmexxi l-kooperazzjoni mal-Università ta’ Teramo. Hi tgħid, “Il-kollaborazzjoni twieldet fl-2011: fit-22 ta’ Novembru ta’ dik is-sena ħloqna l-ewwel workshop, fejn tajna pariri lill-istudenti dwar kif ifasslu CV biż-żewġ lingwi.”
L-avveniment sar appuntament fiss fiż-żewġ Career Days (Jiem Iddedikati għall-Karrieri) annwali tal-università. Il-workshop li kien imiss sar fis-6 ta’ Novembru.
Il-Professur Christian Corsi, Delegat tar-Rettur tal-Università ta’ Teramo, hu sodisfatt bil-kollaborazzjoni mal-EURES.
Hu jgħid, “Is-seminar hu parti mill-Career Day (Jum iddedikat għall-karrieri) tagħna, li permezz tiegħu, il-gradwati u l-istudenti li għadhom ma ggradwawx tagħna jiġu ppreparati għal intervisti tax-xogħol.” “Il-workshop hu ta’ għajnuna kbira biex jiżdied l-għarfien tal-istudenti dwar l-għodod għar-riċerka attiva. Ħafna studenti bbenefikaw minn dan it-taħriġ, u dan jagħti lil parteċipanti żgħażagħ għarfien dwar il-ħtieġa li jimmonitorjaw il-ħiliet u l-profili professjonali meħtieġa mis-suq tax-xogħol u għalhekk iżidu l-impjegabilità tagħhom.”
Links relatati:
Workshop tal-EURES tal-Italja dwar il-preparazzjoni ta’ CVs.
Opportunitajiet ta’ xogħol fil-Portal tal-EURES
Career day (Jum iddedikat għall-karrieri) tal-Università ta’ Teramo
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Onlineli ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
L-EURES fuq Google+
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 12 Marzu 2018
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- L-aħjar prattika tal-EURES
- Ideat u Suġġerimenti
- Xejriet ta' reklutaġġ
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles