Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet5 April 2019L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Ħajja ġdida fil-Litwanja

Paolo Camaioni kien jaf li kellu bżonn bidla. Bl-appoġġ tal-EURES, mill-Italja mar jgħix il-Litwanja u ma ħarisx lura minn dak iż-żmien ’l hawn.

A new life in Lithuania
Paolo Camaioni, 2018

Raġel ta’ 31 sena minn żona rurali fir-reġjun ta’ Abruzzo, Paolo Camaioni huwa raġel li jaf xi jrid. Wara diffikultà biex isib xogħol f’pajjiżu – u fil-qasam xjentifiku li għażel, il-bijoteknoloġija u r-riċerka – beda jfittex alternattivi oħra. Kien hawnhekk li l-esperjenzi tal-passat tiegħu wasslu għal opportunità ġdida li ġibditli l-attenzjoni.

“Waqt li kont qed nistudja fl-Iskozja, sirt ħabib sew ma’ xi nies mil-Litwanja,” qal. “Ftit tas-snin wara, mort Vilnius inżurhom u l-esperjenza għoġbitni. Dak iż-żmien ma kontx qed nistenna li nispiċċa ngħix hawnhekk, iżda meta kont qed infittex opportunitajiet ta’ xogħol fl-Ewropa kollha sibt opportunità biex niġi hawnhekk u ddeċidejt li nagħmel dan. Kelli bżonn ftit avventura f’ħajti u ħsibt li dan il-pajjiż jista’ joffri ħafna!”

Matul it-tfittxija tiegħu għal impjieg, Paolo ikkuntattja lill-Konsulent tal-EURES Italja, Anna Bongiovanni. “Kienet għadha kif ġiet lura minn Riga, fil-Latvja, u għalhekk qaltli xi ħaġa dwar l-esperjenza personali tagħha tal-Baltiċi u introduċietni għal Taxify, li hija app popolari hawnhekk biex tivvjaġġa. Qaltli wkoll b’xi offerti ta’ impjieg u opportunitajiet alternattivi offruti mill-UE.”

Ladarba Paolo ddeċieda li jsegwi l-opportunità Litwana li huwa sab, Anna kienet poġġietu f’kuntatt mal-kollegi tagħha fil-pajjiż. “LEURES Litwanja bagħtuli formola biex nitlob għajnuna finanzjarja mill-UE għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi u ftit links għal appartamenti,” qasam magħna Paolo. “Tawni wkoll xi informazzjoni ġenerali dwar Vilnius – li b’mod ġenerali, kienet ta’ ħafna għajnuna.”

“Il-konsulenti tal-EURES jieħdu gost jitkellmu miegħek u għandhom varjetà wiesgħa ta’ opportunitajiet x’joffru,” żied jgħid. “Xi kultant, meta tapplika għal impjieg, il-burokrazija tista’ tkun intimidanti wisq iżda l-Konsulenti tal-EURES għandhom ħafna esperjenza fil-qasam u jistgħu jgħinuk bid-dokumenti.”

Illum, Paolo jaħdem fis-servizzi tal-konsumatur għal kumpanija tal-ajru f’Vilnius. Filwaqt li x-xogħol mhuwiex f’qasam xjentifiku, huwa kuntent bix-xogħol, bl-atmosfera rilassata u amikevoli, u bil-kumpanija tal-kollegi internazzjonali tiegħu. Il-fatt li qiegħed jgħix f’pajjiż ieħor jgħodd sew għalih, ukoll. “Kull darba li jkolli ċ-ċans indur naqra nħossni qisni tifel f’park tad-divertiment. Hawn ħafna x’tara u veru qed nistenna bil-ħerqa li nesplora l-pajjiż kollu matul ir-rebbiegħa jew is-sajf.”

“Ma tantx jien ċert dwar il-futur,” qal meta mistoqsi dwar x’inhuma x-xewqat tiegħu. “Forsi jmissni mmur lura u nfittex impjieg fil-qasam li studjajt, iżda għalissa qed nieħu wisq gost bil-ħajja l-ġdida tiegħi hawn!”

L-esperjenza ta’ Paolo turi l-kapaċità tal-ħajja li tissorprendik jekk tkun lest tipprova xi ħaġa ġdida. U kif in-netwerk tal-EURES huwa post tajjeb ħafna għal dawk li qed ifittxu impjieg li qed ifittxu appoġġ, informazzjoni u pariri.

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Id-database tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Stejjer ta' suċċess
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.