Issa, immaġina li tista’ tattendi fiera tal-impjiegi online li jkollha preżentazzjonijiet mill-kumpaniji, postijiet vakanti, proċess ta’ applikazzjoni mingħajr diffikultajiet, intervisti, u fejn tiltaqa’ ma’ impjegaturi potenzjali online: dan kollu klikkjatura biss ʼil bogħod! Fil-verità, dan ix-xenarju diġà jeżisti.
Jiem l-Impjiegi Ewropej (Online) hija serje ta’ avvenimenti kontinwi u dinamiċi, li tlaqqa’ flimkien lil persuni li qed ifittxu impjieg u lill-impjegaturi, sabiex jippromwovu opportunitajiet ta’ xogħol. Sew jekk fuq il-post kif ukoll jekk online, dawn il-fieri ta’ reklutaġġ fl-Ewropa kollha jlaqqgħu persuni li jkunu qed ifittxu impjieg ma’ impjegaturi f’pajjiżi Ewropej oħrajn. Il-parteċipanti jiksbu wkoll parir prattiku dwar kif jgħixu u jaħdmu barra.
Fl-4 ta’ Mejju 2017, is-Servizz tal-Irlanda/Ewropew tax-Xogħol tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Soċjali tal-EURES, flimkien mal-appoġġ dirett tal-Kummissjoni Ewropea organizza Jum Ewropew tal-Impjieg (Online) lokali bl-isem ta’ “Cork fejn hemm l-IT @..... arah hawn”. Waqt li kellu fil-mira tiegħu t-talent tal-IT u tas-Servizz tan-Negozju mill-Ewropa kollha, l-avveniment online kellu l-għan li jiġbed talent fl-ICT lejn Cork, l-Irlanda, sabiex jingħaqad mal-aħjar kumpaniji fis-settur, bħal Apple, Dell, Google u Logitech, fost oħrajn. (Għal lista sħiħa tal-kumpaniji li attendew l-avveniment, tista’ tmur fuq kumpaniji).
Ġej/ja Cork?
L-organizzaturi enfasizzaw li Cork diġà tilqaʼ fi ħdanha 150 kumpanija barranija li bħalissa jimpjegaw 28,500 persuna. “Il-bażi qawwija ta’ kumpaniji magħrufin fuq livell internazzjonali eżistenti u kumpaniji Irlandiżi ġodda eċċitanti flimkien mal-infrastruttura ta’ kwalità tajba u kwalità tal-ħajja tajba, jagħmlu lil Cork post attraenti għal kumpaniji u persuni li qed ifittxu impjieg”, jispjegaw il-Konsulenti lokali tal-EURES. Sew jekk tara lilek innifsek taħdem għal kumpanija tat-teknoloġija ewlenija jew negozju ġdid dinamiku li jiddomina teknoloġiji moderni, Cork jista’ jkun il-post għalik.
Online, kollox f’post wieħed
L-avveniment sar kollu online bejn l-10am u s-13.30 fl-4 ta’ Mejju, ixxandar live u int tista’ saħansitra taċċessa x-xandira online llum hawnhekk stess. Il-persuni li kienu qed ifittxu impjieg kellhom iċ-ċans ifittxu u japplikaw għal impjiegi dak il-ħin stess; jikkuntattjaw lill-impjegaturi, jibbukkjaw intervisti għal impjieg, u jużaw il-funzjoni ta’ chat live biex jistaqsu mistoqsijiet. Dakinhar, l-EURES tal-Irlanda għamel ukoll diversi preżentazzjonijiet rilevanti u utli disponibbli għal persuni li kienu qed ifittxu impjieg. Waħda minn dawk li dehru kienet “L-Ewwel Xogħol EURES Tiegħek” li indirizzat appoġġ finanzjarju Ewropew disponibbli għal ħaddiema mobbli. Oħra tkellmet dwar “L-Għixien u x-Xogħol fl-Irlanda”. L-impjegaturi ppromwovew il-ħtiġijiet tar-reklutaġġ tagħhom billi ppubblikaw postijiet vakanti direttament fuq il-pjattaforma, permezz tal-iskrinjar u t-tqabbil awtomatiku tas-CVs, billi ġew skedati u saru intervisti online dakinhar tal-avveniment u b’sessjoni ta’ chat live ta’ Mistoqsija u Tweġiba ma’ impjegati prospettivi.
Jum l-Impjiegi Ewropew Online tal-ICT ġie organizzat mis-Servizz tal-Irlanda/Ewropew tax-Xogħol tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Soċjali tal-EURES, flimkien mal-appoġġ dirett tal-Kummissjoni Ewropea. L-avveniment kien parti minn inizjattiva usa’ - Ġimgħa tal-Impjiegi Ewropea, li l-għan tagħha huwa li tqajjem sensibilizzazzjoni lejn is-servizzi u l-appoġġ li huma disponibbli għall-impjegaturi u għal persuni li qed ifittxu xogħol permezz tas-Suq tax-Xogħol Ewropew.
Links relatati:
Cork fejn hemm l-IT @..... arah hawn - paġna tal-avveniment
Cork fejn hemm l-IT @..... arah hawn - post fuq Facebook
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Onlineli ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
L-EURES fuq Google+
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 13 Ġunju 2017
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/Intraprenditorija
- Ġranet tax-Xogħol/Avvenimenti
- Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
- Xejriet ta' reklutaġġ
- Midja soċjali
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles