Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet12 April 2019L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Ngħinu lill-Ewropa tħaddan l-aħħar teknoloġiji

L-istampar 3D huwa industrija li qed tikber b’rata mgħaġġla, li toffri aktar impjiegi u opportunitajiet kull sena. Biex jieħdu vantaġġ minn dawn l-opportunitajiet, in-nies jeħtieġu l-ħiliet u l-għarfien it-tajbin. Dan huwa fejn jidħlu proġetti bħal 3D-Help.

Helping Europe to embrace the latest technologies
EURES

Iffinanzjat bl-appoġġ tal-programm Erasmus+, il-proġett 3D-Help beda f’Novembru 2017. “L-għan ewlieni tal-proġett huwa li jagħmel lill-adulti aktar kompetenti fil-qasam tat-teknoloġiji diġitali,” tispjega Lucie Marková, mill-Aġenzija Ewropea għall-Iżvilupp. “Aħna qed nipproduċu kurrikuli u kontenut tal-korsijiet innovattivi li jiffukaw fuq l-istampar 3D. Dawn ir-riżorsi se jagħtu lill-adulti ħiliet speċifiċi relatati mal-ICT, l-inġinerija u t-teknoloġija, u huma b’xejn u miftuħin għal kulħadd.”

L-Aġenzija Ewropea għall-Iżvilupp mir-Repubblika Ċeka hija s-sieħeb ewlieni fil-proġett, filwaqt li sħab oħra jinkludu SC Ludor Engineering SRL mir-Rumanija, Macdac Engineering Consultany Bureau Ltd. (Malta), il-Fond għall-Innovazzjoni Soċjali (il-Litwanja) u Strojarska tehnička škola Fausta Vrančića (il-Kroazja). Din it-taħlita ta’ kompetenzi minn Stati Membri differenti tal-UE hija parti importanti ta’ 3D-Help.

“Il-proġett jitwettaq b’mod transnazzjonali minħabba li jagħmilha possibbli għal sħab minn pajjiżi differenti b’kompetenzi komplementari u interess fit-taħriġ tal-adulti li jingħaqdu,” taqsam magħna Lucie. “Huma jistgħu jiskambjaw l-għarfien, l-aħjar prattiki u r-riżorsi tagħhom biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-għodod ta’ taħriġ.”

L-għodod ta’ taħriġ li ssemmi Lucie jinkludu linji gwida dwar l-użu tal-istampar 3D fl-edukazzjoni għall-adulti, studji tal-każ tal-istampar 3D għall-edukazzjoni għall-adulti, il-kurrikulu għal kors tal-istampar 3D għall-adulti, gwida għal min iħarreġ tal-istampar 3D u sistema ta’ tagħlim elettroniku għat-taħriġ għall-adulti. Il-fornituri tal-edukazzjoni għall-adulti fl-UE se jkunu jistgħu jużaw l-għodod biex jiżviluppaw l-għarfien u l-ħiliet tagħhom stess – u jgħaddu dak it-tagħlim lill-oħrajn.

“Nistennew li bl-għajnuna tal-proġett edukaturi kwalifikati se jimmotivaw għadd kbir ta’ parteċipanti biex jiżviluppaw il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom, u jipparteċipaw b’mod aktar attiv fit-tagħlim.”

3D-Help għandu għadd ta’ għanijiet ċari qabel ma l-proġett jintemm f’Ottubru 2019. “Madwar 2,500 persuna se jirċievu bullettini tal-proġett,” tgħid Lucie, “u 1,000 persuna se jirċievu fuljett li jiddeskrivi l-proġett. B’kollox, 240 persuna se jipparteċipaw f’ħames workshops prattiċi mfassla għall-gruppi fil-mira. U minimu ta’ 500 persuna mill-UE se jiġu rreġistrati fil-kors ta’ tagħlim elettroniku ta’ 3D-Help.”

Hemm ukoll pjanijiet biex jiġi organizzat workshop f’kull wieħed mill-ħames pajjiżi fl-aħħar tal-proġett għall-esperti, għall-ħarrieġa u l-fornituri tal-edukazzjoni għall-adulti. Dawn il-workshops se jintużaw biex jaqsmu dak li tgħallmu bejniethom u jxerrdu s-sett ta’ għodod, filwaqt li l-parteċipanti se jingħataw l-opportunità li jinteraġixxu ma’ dawk li jħarrġu, jaraw stampaturi 3D jitħaddmu u jittestjaw direttament il-materjali ta’ taħriġ.

“L-Ewropa tinsab fl-istadji bikrija tar-raba’ rivoluzzjoni industrijali, li għandha l-għan li tisfrutta t-teknoloġiji diġitali sabiex jittejbu l-livelli ta’ produttività u tkabbir,” tikkonkludi Lucie . “Dan il-proġett qed jgħin biex l-adulti jsiru aktar kompetenti f’teknoloġiji diġitali bħal dawn u jippermettilhom ilaħħqu mal-industrija tal-istampar 3D li qed tikber b’rata mgħaġġla.”

 

Links relatati:

Sit web tal-proġett

Il-paġna ta’ Facebook tal-Proġett

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Id-database tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Aħbarijiet esterni tal-EURES
  • Partijiet interessati esterni
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Xejriet ta' reklutaġġ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.