Peress li ma kienx jaf minn fejn jibda, Mario bagħat email bil-lista tax-xewqat tiegħu lis-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi lokali tiegħu, u kien sorpriż b’mod sabiħ bl-attitudni pożittiva fi ħdan is-Servizz. Skont il-Konsulenta tal-EURES, Patricija Kezele, Mario ma kienx klijent tipiku. Għall-bidu kien talab il-pariri tas-soltu ta’ min ikun qed ifittex impjieg, bħal suġġerimenti, linji gwida u informazzjoni dwar kif isib xogħol f’pajjiż barrani - u b’mod partikolari fil-Ġermanja. Id-dixxendenza Ġermaniża tiegħu, kif ukoll il-ħila tiegħu li jitkellem il-lingwa kienu diġà koprew dik il-mira.
Proattiv u kooperattiv
Mario kien diġà kellu karriera twila ta’ 10 snin fis-settur tar-radju fil-Kroazja, u kien ukoll il-maniġer ta’ xi kantanti fil-qofol tal-karriera tagħhom fi tmiem is-snin disgħin. Xogħol part-time bħala għalliem tal-IT assigura wkoll li kellu ħiliet biżżejjed apparti l-passjoni tiegħu u t-talent naturali li jirrelata man-nies. Iżda l-problema ewlenija, skont l-EURES tal-Kroazja, kienet kif seta’ jgħaqqad dawn il-ħiliet f’CV li jkollu impatt, u li jkun konċiż u li jistaʼ jintgħoġob.
Diversi skambji taʼ emails mal-PES (Servizz Pubbliku tal-Impjiegi) lokali tiegħu fl-2014, li fihom huwa kien iddeskriva l-bżonnijiet tiegħu u fejn huwa talab għal linji gwida ċari u għal suġġerimenti dwar kif ibiddel id-direzzjoni professjonali tiegħu, bdew jimmaturaw f’kooperazzjoni reali.
“Għall-ewwel għaddejna minn proċess fejn eskludejna dak li ma kienx possibbli, bħas-settur tal-IT li qed jevolvi b'mod rapidu. Peress li Mario għandu livell tajjeb ta’ Ġermaniż u Ingliż, aħna kkapitalizzajna fuq il-ħiliet tiegħu li jirrelata man-nies u bdejna nimmiraw is-setturi tal-gastronomija u tal-ospitalità”, kompliet tgħid il-Konsulenta tal-EURES, Patricija Kezele.
Ladarba kienu stabbilixxew l-istrateġija, billi qablu li jiffokaw fuq il-gastronomija, l-azzjoni li kien imiss kienet li jibagħtu s-CV il-ġdid tiegħu lill-konsulent tas-settur tal-gastronomija tal-EURES tal-Ġermanja li kkuntattja diversi impjegaturi. Eventwalment, ix-xogħol iebes ħalla l-frott u kellu offerta ta’ impjieg fis-settur tar-ristoranti, fil-Ġermanja u jaħdem man-nies.
Mario jrid iħeġġeġ lil nies oħrajn biex jippruvaw jaħdmu f’pajjiż ieħor tal-UE.
“Jien kuntent li kelli l-opportunità li nibbenefika mill-EURES u nirrakkomanda li persuni oħrajn jagħmlu dan ukoll. Jien żgur li nerġa’ nużah. Fil-fatt, għall-bidu, sibtha diffiċli li naħdem il-Ġermanja, iżda issa qed nara li l-isforzi tiegħi swew. Huwa wkoll vantaġġ tajjeb ferm għas-CV tiegħi. U min jaf, forsi xi darba jerġa’ jkolli bżonn is-servizzi tagħhom - tal-inqas jien ċertament lest li ntejjeb ruħi professjonalment maż-żmien!”.
Links relatati:
L-għajxien u x-xogħol fil-Ġermanja
Croatian PES (Servizz tal-Impjiegi Pubbliku)
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet taʼ għajxien u xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi taʼ Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avveniment Online li jmiss
EURES fuq Facebook
EURES fuq Twitter
EURES fuq LinkedIn
EURES fuq Google+
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 20 April 2017
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Stejjer ta' suċċess
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles