Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 11 Lulju 2018
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 2 min qari

Il-fattur flex: kuntratti temporanji qed jiżdiedu fin-Netherlands

Ix-xogħol flessibbli qed jikber fil-popolarità fin-Netherlands u joffri liż-żgħażagħ li qed ifittxu xogħol pass importanti biex jidħlu fis-suq tax-xogħol u jnaqqas ir-riskju għal min iħaddem.

The flex factor: temporary contracts on the rise in the Netherlands
EURES

Fin-Netherlands, ‘flexwerk’ tirreferi għal xogħol imwettaq taħt kuntratt ta’ impjieg flessibbli. Is-sigħat u l-post tax-xogħol jiddependu fuq il-ħtieġa tal-impjegatur u jistgħu jvarjaw minn ġimgħa għal ġimgħa u minn staġun għal staġun.

Aktar minn terz tal-impjegati jaħdmu fuq bażi flessibbli, kwart minnhom taħt kuntratt temporanju. Aġenziji tal-impjiegi privati għandhom rwol importanti biex iqabblu impjegaturi ma’ persuni xierqa li qed ifittxu x-xogħol.

"Matul perjodu ta’ kriżi ekonomika fis-snin tmenin, ix-xogħol flessibbli kien opportunità importanti ħafna għaż-żgħażagħ qiegħda biex isibu xogħol," spjegat il-Konsulent Nazzjonali tal-EURES Mathilde Kockelkoren, ibbażata f’Amsterdam. "Fl-istess ħin, ix-xogħol flessibbli kien inqas ta’ riskju għall-impjegaturi. Wara li spiċċat il-kriżi, ix-xogħol flessibbli sar meqjus bħala tip ta’ kuntratt normali. Illum il-ġurnata huwa normali ħafna li tibda xogħol fuq bażi temporanja, u dan jipprovdi kemm lill-impjegat kif ukoll lill-impjegatur b’perjodu itwal ta’ żmien biex jagħtu prova tal-ħiliet tagħhom.”

Qalet li l-vantaġġ ta’ xogħol flessibbli huwa li l-impjegatur huwa iktar lest li jimpjega persunal ġdid u temporanju, għaliex ikun jista’ jitterminalhom l-impjieg mingħajr konsegwenza jekk ikun hemm bżonn. Iż-żgħażagħ spiss jippreferu l-opportunità li jaħdmu fuq bażi flessibbli u jiksbu esperjenza f’postijiet tax-xogħol differenti. "In-numru ta’ nies li konxjament jagħżlu dan it-tip ta’ impjieg qiegħed jikber, u għall-Ewropej jipprovdi opportunità biex jinbeda impjieg fis-suq tax-xogħol Olandiż", spjegat.

Diversi tipi ta’ impjiegi jistgħu jitwettqu fuq bażi flessibbli, minn dawk li m’għandhomx rekwiżiti edukattivi speċifiċi għal pożizzjonijiet bi kwalifiki għoljin. "Ir-rekwiżiti tal-lingwa jiddependu mill-impjieg”, qalet Mathilde. "Għall-IT u s-settur tal-inġinerija, l-Ingliż huwa r-rekwiżit. Għalkemm jekk wieħed ikun irid jibni ħajja soċjali, ċertu għarfien bażiku tal-lingwa Olandiża żgur li huwa ta’ vantaġġ.”

Kull min hu interessat isir jaf iktar dwar xogħol flessibbli, it-tipi ta’ kuntratti disponibbli u d-drittijiet tal-impjegati jista’ jikseb din l-informazzjoni bl-Ingliż fuq il-websajt werk.nl u mill-EURES.

"L-EURES jista’ jipprovdi lista ta’ aġenziji privati affidabbli, li jistgħu jiġu vverifikati wkoll fis-siti tal-ABU u NBBU – dawn huma l-federazzjonijiet tal-aġenziji privati tal-impjiegi", qalet Mathilde. "Flimkien mal-ABU u l-NBBU ipproduċejna vidjo animat dwar il-flexwerk fin-Netherlands."

 

Links relatati:

Kuntratti temporanji

werk.nl

Vidjo animat

ABU

NBBU

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej għall-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal- EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Aħbarijiet esterni tal-EURES
  • Partijiet interessati esterni
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Stejjer ta' suċċess
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.