Il-kriżi fl-Ewropa enfasizzat l-importanza ta’ impjiegi indipendenti bħala opportunità għal dawk mingħajr xogħol. Dan japplika l-aktar fl-Istati Membri tal-UE li kienu l-iktar affettwati mill-kriżi ekonomika u fejn hemm nuqqas ta’ impjiegi tradizzjonali. Negozju ġdid jista’ joħloq impjiegi għal oħrajn, iwassal għal ħiliet ġodda, u jista' saħansitra jagħti lin-nies qiegħda u vulnerabbli ċ-ċans li jikkontribwixxu għas-soċjetà u għall-ekonomija. B’kunsiderazzjoni ta’ dan, l-istrateġija ta’ appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea għall-intraprenditorija u l-impjieg indipendenti għandha tliet punti fokali.
Negozji ġodda mibdija minn dawk qiegħda u persuni minn gruppi żvantaġġati
Ħafna nies jiddeċiedu li jibdew negozju ġdid wara li jisfaw qiegħda għal żmien twil. Imbagħad hemm ukoll il-gruppi vulnerabbli, bħaż-żgħażagħ, in-nisa, l-anzjani, il-migranti jew persuni b'diżabilità, li jiffaċċjaw bosta ostakli differenti meta jippruvaw jibdew il-kumpanija tagħhom stess jew iżommuha taħdem. Il-Kummissjoni tipprovdi appoġġ f'dawn is-sitwazzjonijiet f'diversi modi.
Ladarba l-għarfien huwa setgħa, il-Kummissjoni ngħaqdet mal-OECD biex iżżid l-għarfien u t-tagħlim dwar l-intraprenditorija. L-inizjattivi tagħhom jinkludu sommarji tad-dokumenti ta’ politika u pubblikazzjonijiet bħal pereżempju s-Serje ‘Missing Entrepreneurs’. Dawn ir-rapporti ppubblikati jeżaminaw kif il-politiki pubbliċi jistgħu joħolqu l-impjiegi billi jiġu eliminati l-ostakoli li jiffaċċjaw persuni minn gruppi żvantaġġati meta jippruvaw jibdew negozju ġdid. Kull edizzjoni tinkludi wkoll studji tal-każ ta' programmi pubbliċi li jappoġġjaw il-ħolqien tan-negozju f'diversi Stati Membri.
Is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegital-UE f’kull Stat Membru jipprovdu aktar appoġġ dirett għal negoji ġodda, bħal għajnuna finanzjarja, mentoraġġ u taħriġ. Miżuri riċenti jinkludu:
- konsulenti biex jgħinu lil dawk li qegħdin ifittxu x-xogħol li jixtiequ jaħdmu għal rashom;
- sussidji għal nisa li qabel kienu qiegħda li bdew in-negozju tagħhom stess;
- taħriġ għal negozju ġdid u assistenza għal anzjani;
- assistenza finanzjarja għal imprendituri żgħażagħ.
L-inizjattiva Negozju ġdid u Negozju li qed jespandi hija strateġija ġdida tal-UE, li għandha l-għan li ttejjeb il-kundizzjonijiet biex negozji ġodda jikbru, jinħolqu aktar impjiegi u tagħmel l-UE aktar kompetittiva.
Intrapriżi soċjali
Intrapriżi soċjali huma negozji li l-għan ewlieni tagħhom mhuwiex li jagħmlu qligħ, iżda li jgħinu lis-soċjetà. Kumpaniji ta’ riċiklaġġ, negozji li jipprovdu servizzi lill-anzjani u kumpaniji tal-gazzetti li jħaddmu nies bla dar biex ibiegħu l-gazzetti tagħhom huma biss tliet eżempji ta' intrapriża soċjali.
L-akbar problema li jiffaċċjaw dawn it-tip ta’ negozji hija l-aċċess għal finanzjament. Biex tgħinhom, il-Kummissjoni tipprovdi fondi permezz ta’ diversi programmi, bħall-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u l-Fond Ewropew għal Strument ta’ Ekwità għall-Investimenti Strateġiċi.
Mikrointrapriżi
Il-mikrointrapriżi huma negozji żgħar li jimpjegaw sa massimu ta’ disa’ persuni u li għandhom fatturat annwali jew karta tal-bilanċ ta' inqas minn EUR 2 miljuni. Il-maġġoranza l-kbira tan-negozji Ewropej huma mikrointrapriżi, u għalhekk huma għandhom rwol importanti fil-pjan tal-Kummissjoni biex tiġġieled kontra l-qgħad.
Bħall-intrapriżi soċjali, dawn in-negozji ż-żgħar ġeneralment m'għandhomx aċċess għal self kummerċjali tradizzjonali. Madankollu, jistgħu jibbenefikaw minn għadd ta’ opportunitajiet ta' mikrofinanzjament, bħal mikrokrediti, li huma self sa EUR 25 000. L-UE għalhekk tipprovdi appoġġ permezz tal-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u l-Fond Soċjali Ewropew.
Links relatati:
Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi
Negozju ġdid u Negozju li qed jespandi
Il-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali
Il-Fond Ewropew għal Strument ta’ Ekwità għall-Investimenti Strateġiċi
Aqra aktar:
Sib Persunal tal-EURES
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 13 Settembru 2018
- Forfattere
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/Intraprenditorija
- Partijiet interessati esterni
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Għajnuna u appoġġ
- L-Għajxien u x-Xogħol
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles
