Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet18 Lulju 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

5 apps għal ġurnata tax-xogħol aktar effettiva

Lest biex tagħmel kull ġurnata ftit aktar faċli kemm għalik innifsek kif ukoll għall-kollegi tiegħek? Niżżel dawn l-apps bla ħlas issa!

5 apps for a more effective workday

Sven Dahlin mill-Iżvezja huwa s-COO għall-Majjistral tal-Ewropa ġewwa Global Savings Group u CupoNation. Fl-ambjent tal-uffiċċju, l-effiċjenza hija indispensabbli għalih, u f'dan l-artiklu huwa jippreżenta ħamsa mill-apps favoriti tiegħu sabiex wieħed jiffranka l-ħin matul il-ġurnata tax-xogħol.

1. TINY SCANNER

Din l-app tiskennja d-dokumenti (jew affarijiet simili) b'mod faċli ħafna billi tippermettilek tuża l-kamera fuq l-ismartphone tiegħek. Inti kemm tieħu r-ritratti tal-karti li jeħtieġ li jiġu skennjati, u Tiny Scanner tieħu ħsieb biex tikkroppjahom fil-format it-tajjeb, taġġusta s-setting tad-dawl u tpoġġihom kollha flimkien f'dokument ta' PDF. Fl-aħħar, inti kemm tiddeċiedi fejn tixtieq taħżnu jew tixxerjah.

Il-kwalità li tipprovdi Tiny Scanner hija aktar minn tajba u hi biżżejjed għal kollox minn kuntratti sa rċevuti, u l-mod li bih hija mqabbda sabiex tikkondividi l-apps - li jvarjaw minn WhatsApp sa Dropbox - jagħmel lil Tiny Scanner għażla ħafna aktar faċli u aktar effiċjenti milli tuża skenner antik.

Sir af aktar:

appxy.com/tinyscan

Niżżel bla ħlas:

iTunes

Google Play

2. TODOIST

Kull persuna għandha dawk il-kompiti ż-żgħar li teħtieġ tiftakar tagħmel f'xi ħin matul il-ġurnata jew matul il-ġimgħa, iżda m'għandhiex skadenza speċifika. Aktar milli timla l-kalendarju tax-xogħol standard tiegħek bihom, app bħal Todoist tista' tkun alternattiva tajba. Poġġi l-assignments f'Todoist, u kull filgħodu tirċievi avviż dwar x'għandek tagħmel "illum". Meta tlesti kompitu, kemm timmarkah bħala lest. Huwa faċli li ċċaqlaq il-kompiti, li tipposponihom għall-ġurnata ta' wara jew għall-ġimgħa ta' wara, u tista' wkoll tikkategorizzahom pereżempju f'tags privati u relatati max-xogħol.

Sir af aktar:

en.todoist.com

Niżżel bla ħlas:

iTunes

Google Play

3. TRELLO

Din hija l-app perfetta għall-allinjament tal-proġetti li bosta persuni jkunu qed jaħdmu fuqhom fl-istess waqt. Trello tagħmilha faċli ħafna sabiex tara kemm imxejt 'il quddiem fil-pipeline ta' proġetti differenti, u huwa responsabbli għall-biċċiet differenti tal-puzzle, u dak li jiġri wara.

L-app tagħmilha faċli għalik u għall-ko-ħaddiema tiegħek sabiex ikollok ħarsa ġenerali ċara tal-proġetti tiegħek, u tagħmel il-fluss tax-xogħol 10 darbiet b'anqas problemi għal kull persuna involuta.

Sir af aktar:

trello.com

Niżżel bla ħlas:

iTunes

Google Play

4. OFFICE SYNDROME

Din l-applikazzjoni (jew oħrajn simili) għandhom jiġu rrakkomandati minn kwalunkwe maniġer għall-impjegati tiegħu. Għaliex? Xi eżerċizzju fiżiku matul il-ġurnata tax-xogħol huwa importanti ħafna sabiex tkun effettiv u tibqa' b'saħħtek. Le, mhux qed nitkellmu dwar li tmur ġirja matul l-ikla ta' nofsinhar, iżda sempliċiment eżerċizzji ta' stretching li kulħadd jista' jagħmel. Office Syndrome tagħtik twissija meta jkun il-ħin tagħmel ftit minnhom, u inti tiddeċiedi kemm-il darba fil-ġurnata tixtieq tagħmel stretching.

Niżżel bla ħlas:

Google Play

5. DROPBOX

Dropbox hija applikazzjoni popolari li tippermettilek taħżen il-fajls kollha tiegħek b'mod sigur fil-"cloud", li jista' jkollok aċċess għalihom kullimkien, fi kwalunkwe ħin, sew jekk fuq il-kompjuter tiegħek, fuq il-mowbajl tiegħek jew fuq it-tablet tiegħek. Il-cloud terreferi għall-fatt li l-fajls tiegħek mhumiex maħżuna lokalment fuq l-apparat tiegħek, iżda fuq servers li huma ta' Dropbox. Din l-applikazzjoni hija l-ekwivalenti modern ta' ħard drajv estern.

Il-verżjoni bla ħlas tiġi bi spazju għall-ħażna ta' 2 GB, iżda ħafna kumpaniji għandhom tendenza li jixtru kontijiet tan-negozju għall-impjegati tagħhom, li jipprovdu spazju bla limitu. M'għandux x'jaqsam x'kont għandek, Dropbox tagħmilha faċli li tikkollabora fuq proġetti differenti - pereżempju, flimkien ma' Trello.

Sir af aktar:

dropbox.com

Niżżel bla ħlas:

iTunes

Google Play

 

Links relatati:

Global Savings Group

CupoNation

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal- EURES

Kundizzjonijiet ta' għajxien u xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta᾿ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avveniment Online li jmiss

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

EURES fuq Google+

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Partijiet interessati esterni
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.