Barra minn hekk, dan il-pajjiż joffri wkoll sbuħija naturali l-ġmiel tagħha. Jekk qatt ma ħsibt dwar dan qabel, naħseb li issa tħajjart tagħmel dan!
L-ewwel pass biex issib impjieg xieraq fi kwalunkwe pajjiż huwa li toħloq CV u ittra ta' akkumpanjament li juru li inti l-aħjar kandidat għal dak ir-rwol.
Kull impjieg għandu kriterji speċifiċi li fuqhom inti għandek tipprova tfassal is-CV tiegħek. Bl-istess mod, dak li l-impjegaturi jqisu bħala karatteristiċi siewja mill-impjegat potenzjali jista' jkun differenti minn pajjiż għal pajjiż.
B'dan il-ħsieb, l-EURES Żvezja, bi sħab mas-Servizz ta' Impjieg Pubbliku Żvediż, Arbetsformedlingen, ipproduċa webinar utli bl-isem ta' "Kif tikteb ittra ta' akkumpanjament u CV".
Il-vidjow ta' siegħa bl-Ingliż jipprovdi suġġerimenti prattiċi dwar kif tista' tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek bl-iktar mod professjonali sabiex tolqot ir-reklutatur - b'mod iktar speċifiku, reklutatur Żvediż.
Il-vidjow ixxandar b'mod dirett nhar il-Ħamis, 12 ta' Ottubru, u kien hemm kważi 350 persuna mill-UE kollha li rreġistraw għalih u rawh. Iżda tinkwieta xejn jekk tliftu, għaliex il-webinar issa huwa disponibbli fuq YouTube.
Webinars oħra disponibbli
"Il-Ħajja u x-Xogħol fl-Iżvezja" huwa biss wieħed minn serje ta' webinars. Kull wieħed jiffoka fuq suġġett differenti, bħal "Kif tmur tajjeb ħafna fl-intervista tax-xogħol", "Kif tikteb ittra ta' akkumpanjament", "Kif tikteb CV" u "Netwerking".
Għaliex għandek tirreġistra?
Il-webinars se jgħinuk tifhem aħjar l-approċċ li għandek tieħu biex tapplika għal xogħlijiet fl-Iżvezja u l-proċessi involuti. Barra minn hekk, billi tirreġistra u tara l-webinars b'mod dirett, għandek ukoll l-opportunità li tistaqsi mistoqsijiet u tirċievi tweġibiet b'mod immedjat.
Il-webinars huma mod tajjeb ħafna biex ikollok għarfien tas-suq tax-xogħol, il-mentalità tal-impjegaturi u x'inhu l-aħjar mod kif tipprepara ruħek u s-CV tiegħek.
"Is-suċċess jinsab fil-fatt li tista' ssegwi l-informazzjoni minn kwalunkwe post fl-Ewropa u fl-istess ħin tikkomunika online u tistaqsi l-mistoqsijiet speċifiċi tiegħek f'ħin reali," qal l-Assistent tal-Koordinatur Nazzjonali tal-EURES Żvezja, Mikael Lindbom.
Li tkun ippreparat/a aħjar mill-bidu jfisser illi t-tiftix għax-xogħol u l-proċess tal-intervista jista' jsir b'rata iżjed mgħaġġla, ħaġa li hija ta' benefiċċju kemm għal min qed ifittex xogħol, kif ukoll għall-impjegaturi.
Sabiex tirċievi aġġornamenti dwar il-webinars li jmiss, tista' ssegwi Arbetsformedlingen fuq il-midja soċjali fuq Facebook, Instagram u Linkedin, jew tagħti ħarsa lejn il-paġna ta' avvenimenti tal-EURES għal iktar dettalji dwar avvenimenti varji.
Links relatati:
EURES: L-għajxien u x-xogħol fl-Iżvezja
Is-servizz ta' impjieg pubbliku Żvediż Arbetsformedlingen
"Kif tikteb ittra ta' introduzzjoni u CV" - webinar
Il-paġna ta' Facebook tal-EURES Żvezja
Instagram tal-EURES Żvezja
LinkedIn tal-EURES Żvezja
Il-paġna tal-avvenimenti EURES
Aqra iktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Onlineli ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 28 Marzu 2018
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/Intraprenditorija
- L-aħjar prattika tal-EURES
- Taħriġ EURES
- Ideat u Suġġerimenti
- Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
- Xejriet ta' reklutaġġ
- Midja soċjali
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles