Mur għall-kontenut ewlieni
Logo
EURES (EURopean Employment Services)

Il-kampanja tal-EURES 2026 – Ingħaqad mal-Jiem Ewropej tal-Impjiegi!

15-il sena nwasslu opportunitajiet ta’ impjieg madwar l-Ewropa

364 avveniment
li jinvolvu, 14 394 impjegatur u 403 740 persuna li qed ifittxu impjieg
25 349 postijiet vakanti ppubblikati
li rriżultaw f’250 445 applikazzjoni

Kemm jekk qed tfittex postijiet tax-xogħol vakanti, tattendi preżentazzjonijiet diretti, jew tintervista kandidati potenzjali online, kull Jum Ewropew tal-Impjiegi jagħtik esperjenza personalizzata, appoġġata mill-għarfien espert tan-network tal-EURES.

Segwi din il-paġna għal aġġornamenti u aħbarijiet dwar il-kampanja, u ibqa’ konness/a fuq il-midja soċjali tal-EURES billi tuża l-#EuropeanJobDays. Żur ukoll il-pjattaforma tal-Jiem Ewropej tal-Impjiegi biex tiskopri avvenimenti li jkunu ġejjin — u titlifx l-opportunità tiegħek li tipparteċipa!

L-aħħar aħbarijiet

L-Avvenimenti futuri

Li jmiss
Jiem ta’ informazzjoni
  • L-Erbgħa 21 ta' Ottubru 2026, 14.00 - 15.00 (CEST)
  • Online biss
  • Xandira diretta fuq l-internet disponibbli
Relatati ma'
  • Jobseekers
  • Living & Working

Links utli

Sħab tal-kampanja

Biex nimmassimizzaw il-kopertura tagħna f'31 pajjiż, għandna bżonn l-appoġġ tiegħek. Dan jinkludi, iżda mhuwiex limitat għal, Konsulenti tal-EURES, Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni, kmamar tal-kummerċ, federazzjonijiet tal-impjegaturi, organizzazzjonijiet pubbliċi relatati mal-impjiegi, sħab soċjali, servizzi privati tal-impjiegi, u atturi tas-suq tax-xogħol mingħajr skop ta’ qligħ.

Matul il-perjodu tal-kampanja, stenna serje ta’ informazzjoni interattiva u avvenimenti ta’ reklutaġġ, inklużi inizjattivi ta’ influwenzaturi, il-midja soċjali u l-attivitajiet tal-midja tradizzjonali f’diversi pajjiżi, u aktar.

Kif tista’ tikkontribwixxi?

Inħeġġuk tieħu rwol attiv f’din il-kampanja. Għinna nxerrdu l-messaġġ billi tikkondividih mal-kollegi, in-networks, il-ħbieb u l-familja tiegħek, u billi tippromwovih permezz tas-siti web, l-ittri informattivi u l-kanali tal-midja soċjali tiegħek.

Segwi l-EURES fuq il-midja soċjali billi tuża l-#EuropeanJobDays, ipparteċipa fl-avvenimenti tal-kampanja u kkondividi magħna l-istejjer, ir-ritratti u l-esperjenzi tiegħek.

Sett ta’ għodod tal-kampanja

Materjali tal-kampanja

 

 

 

 

Dossier għall-istampa