Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet19 Jannar 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Firxa ta' karigi miftuħin fl-ewwel Jum l-Impjiegi Ewropew fil-qasam marittimu li qatt sar

Tbaħħir, cruising, loġistika, industriji taż-żejt u tal-gass - huma biss uħud mill-oqsma li qegħdin ifittxu ħaddiema fl-ewwel Jum l-Impjiegi Ewropej (Onlajn) b'tema marittima, E(O)JD li sar f'Venezja fuq is-sit u onlajn, 9 ta' Novembru.

Range of positions open at Venice’s first maritime European Job Day
Roberta Scarpa

Waħda mill-organizzaturi tal-jum, Roberta Scarpa, li hija bbażata f'Venezja, tispjega, "B'kollox ġew madwar 700 ruħ għall-avveniment bħala parti minn avveniment imsejjaħ Fuori di Banco. Kellna stand fil-hall. Organizzajna wkoll Jum l-Impjiegi onlajn fl-istess ħin, għalhekk jistgħu jipparteċipaw fih nies mill-Ewropa kollha. Kellna madwar 250 persuna li kienet qed tfittex xogħol irreġistrati onlajn."

Flimkien mal-impjegaturi potenzjali, dawk li kienu qegħdin ifittxu xogħol kellhom ukoll iċ-ċans li jiltaqgħu ma' konsulenti biex jisimgħu dwar il-kundizzjonijiet tal-għajxien u x-xogħol fil-pajjiżi li kienu qed jospitaw postijiet battala.

Teqwork, kumpanija li kienet fuq il-post biex tirrekluta, tispjega li l-interess tagħhom f'li jipparteċipaw f'E(O)JD huwa minħabba l-possibilità li jsiru laqgħat wieħed ma' wieħed ma' dawk li qegħdin ifittxu xogħol. "Aħna konvinti li biex jinstab il-kandidat ix-xieraq, il-midja soċjali mhijiex biżżejjed.

"Kull fejn possibbli, ippruvajna nżuru pajjiżi Ewropej, biex niltaqgħu ma' persuni li qegħdin ifittxu xogħol, kumpaniji u skejjel biex jippromwovu n-negozju tagħna. Avveniment bħal Jum l-Impjiegi (Onlajn) Ewropej tal-EURES jagħtina pjattaforma eċċellenti sabiex nagħmlu dan."

Roberta hija kuntenta li tista' toffrilhom iċ-ċans li jiltaqgħu ma' dawk li jkunu qegħdin ifittxu xogħol interessati. "Huwa ferm ta' sodisfazzjon għalina li jkollna sehem biex ngħinu lil dawk li qegħdin ifittxu xogħol jikkonnettjaw mal-impjegaturi li jistgħu jgħinuhom jibdlu ħajjithom," tgħid.

Jekk inti interessat/a li tieħu sehem f'E(O)JD, jew bħala persuna li qed tfittex xogħol jew bħala kumpanija, agħti daqqa ta' għajn lejn il-pjattaforma. Din turik il-fieri kollha li ġejjin. Jekk għadek tibda, qed tibdel ix-xogħol jew sempliċiment qed tfittex sfida ġdida, allura għaliex ma tiħux sehem?

Inkella, jekk inti impjegatur, il-postijiet battala tiegħek huma ppubblikati lil udjenza usa' u inti tista' tevalwa s-CVs biex tara jekk hux qed japplikaw kandidati xierqa. Imbagħad tista' tagħżel lil kandidati potenzjali għal intervista.

B'ħafna mill-Jiem l-Impjiegi issa qegħdin isiru onlajn, inti tista' tipparteċipa wkoll mingħajr ma toqgħod taħseb fuq l-ivjaġġar tiegħek - kullma għandek tagħmel huwa li ssegwi l-istruzzjonjiet u li tibgħat is-CV tiegħek u jekk l-impjegatur tiegħek ikun interessat, tista' saħansitra tiftiehem biex l-intervista ssir onlajn. Tikseb ukoll informazzjoni dwar l-għajxien fil-pajjiż li fih inti tkun interessat/a li tmur taħdem fih.

Jum l-impjiegi jseħħu madwar it-28 pajjiż tal-UE kif ukoll fin-Norveġja, fl-Isvizzera, fl-Islanda u fil-Lichtenstein, u l-impjegaturi jiksbu aċċess għal eluf ta' Cvs bla ħlas. Għalhekk iċċekkja l-avvenimenti li ġejjin u ara x'opportunitajiet hemm għalik.

 

Links relatati:

Venice E(O)JD Welcome video

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • Ġranet tax-Xogħol/Avvenimenti
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.