Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet25 Diċembru 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni1 min qari

Sena ġdida, impjieg ġdid f’pajjiż ġdid!

Għamilt diġà r-Riżoluzzjoni tiegħek għas-Sena l-Ġdida? Xi tgħid dwar impjieg ġdid f’pajjiż ġdid? Għax ma tagħmilx l-2018 is-sena li fiha tbiddel ħajtek?

A new year, a new job in a new country!

Is-Servizzi tal-EURES u l-persunal tal-EURES diġà qegħdin jistennew biex jaċċertaw ruħhom li s-sena l-ġdida tiegħek tkun waħda mimlija prosperità. Jekk inti diżokkupat/a, qed tfittex impjieg, qed tfittex taħriġ jew opportunitajiet ta’ internship, allura hemm għadd ta’ programmi tal-EURES lesti biex jgħinuk.

L-iskemaDrop'pin@EURES hija miftuħa għal dawk li qed ifittxu biex jagħmlu l-ewwel passi tagħhom fis-suq tax-xogħol, u toffri għadd kbir ta’ opportunitajiet li jinkludu apprendistati, traineeships, taħriġ, korsijiet ta’ taħriġ b’mod elettroniku u ħafna aktar.

Se tagħlaq 35 fl-2018? Mela tista’ tiċċekkja Reactivate. Dan il-programm jgħin liċ-ċittadini tal-UE li għandhom 35 sena u aktar biex isibu opportunità ta’ impjieg, traineeship jew apprendistat f’pajjiż ieħor tal-UE.   Jew, jekk għandek bejn it-18-il sena u l-35 sena, tista’ taċċessa wkoll L-Ewwel Xogħol EURES Tiegħek, li huwa mfassal biex iqabbel persuni li qed ifittxu impjieg ma’ impjegaturi li qegħdin ifittxu kandidati.

Żomm Ruħek Aġġornat

L-2018 se ġġib magħha wkoll sensiela sħiħa ta’ artikli ġodda għall-portal sabiex inti tinżamm aġġornat bl-aħbarijiet u l-inizjattivi l-aktar riċenti ta’ EURES. Għaldaqstant, kemm jekk inti persuna li qed tfittex impjieg, kif ukoll jekk inti impjegatur li qed tfittex parir jew għajnuna biex timla pożizzjonijiet vakanti, fl-2018 żomm ruħek aġġornat.

Fil-frattemp nittamaw li qed tgawdi dan l-istaġun tal-festi u nixtiqulek Sena Ġdida mimlija kuntentizza u saħħa!

 

Links relatati:

Drop’pin@EURES

Reactivate

L-Ewwel Xogħol EURES Tiegħek

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet ta’ għajxien u xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avveniment Online li jmiss

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Taħriġ EURES
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Midja soċjali
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.