X’inhi l-istorja tal-EURES tiegħek?
Dik hi l-mistoqsija li l-kompetizzjoni #EURES25 talbet li l-persuni li qed ifittxu impjieg mill-Ewropa kollha jwieġbu. L-entrati setgħu jiġu sottomessi f’forma ta’ vidjo qasir jew ta’ immaġni akkumpanjata minn sommarju dwar l-esperjenza tagħhom, u l-premjijiet inkludew kors lingwistiku ta’ EUR 500 jew taħriġ dwar il-ħiliet tal-impjegabbiltà.
Il-parteċipanti kienu mħeġġin jaħsbu dwar kif l-EURES għenhom isibu l-impjieg tal-ħolm tagħhom, kif il-Konsulenti tal-EURES appoġġawhom b’aċċess għal taħriġ tal-lingwa u b’integrazzjoni f’pajjiż ġdid, jew kif il-Portal dwar il-Mobilità fix-Xogħol tal-EURES jew Jiem l-Impjiegi (Online) Ewropej wasslu għal opportunitajiet ta’ impjieg uniċi.
It-tliet rebbieħa tal-kompetizzjoni tħabbru matul ċerimonja ta’ premjazzjoni fl-Avveniment tal-25 sena Anniversarju tal-EURES fi Brussell fit-30 ta’ Jannar. It tieni fost dawn kien Edvinas Ulinskas u din hi l-istorja tiegħu.
Isem: Edvinas Ulinskas
Nazzjonalità: Litwan
Tip ta’ entrata: Vidjo
Profil: Madwar sena ilu, kont qed infittex impjieg. Filwaqt li kont qed inqalleb f'għadd bla tmiem ta’ opportunitajiet ta’ xogħol, dak kollu li bdejt naħseb dwaru kien li nixtri karozza ġdida [tal-marka Mercedes-Benz]. Iżda kull ma stajt naffordja dak iż-żmien kienet karozza tal-logħob!
Kont fortunat li nsib offerta ta' xogħol f'impjant tal-karozzi fil-Finlandja, għalhekk ippakkjajt il-bagalji tiegħi u tirt 'l hemmhekk. Ma kienx faċli li nirriloka, iżda l- l-EURES ġie u għen. Ingħatajt allowance supplimentari.
Wara li ħdimt fl-impjant tal-karozzi għal xi żmien, sirt finanzjarjament sod u stajt nikseb il-karozza tal-ħolma tiegħi.
Nirringrazzjak EURES talli għentni nilħaq l-għanijiet tiegħi!
Tnediet kompetizzjoni simili għall-impjegaturi, li sfidathom jissottomettu ritratt li jirrappreżenta xi jfisser għalihom il-moviment liberu. Ġew offruti vawċers li jiswew EUR 500 u t-tliet rebbieħa ġew imħabbra wkoll matul iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni.
Biex issir taf aktar dwar l-impjegaturi rebbieħa - u r-rebbieħa l-oħra fost dawk li qed ifittxu impjieg - iċċekkja s-sit web tal-EURES.
Il-kompetizzjoni tal-#EURES25 kienet parti minn kampanja li għadha għaddejja għall-promozzjoni u għaċ-ċelebrazzjoni tal-25 sena anniversarju tal-EURES. Imniedi fl-1994, l-EURES kiber biex jinkludi 32 pajjiż u aktar minn 1 000 Konsulent. Sal-lum, hemm aktar minn 3 miljun opportunità ta’ impjieg u 15 800 impjegatur irreġistrati fuq il-Portal dwar il-Mobilità fix-Xogħol tal-EURES.
Filwaqt li jħares ’il quddiem lejn il-25 sena ta’ servizz li ġejjin, in-network se jwitti t-triq biex jiġi żgurat li ħafna persuni li possibbilment qed ifittxu impjieg u impjegaturi potenzjali jkunu jafu dwar l-EURES, x’jirrappreżenta, u kif dan jista’ jappoġġahom matul il-ħajja tagħhom jew fil-proċessi ta’ reklutaġġ tagħhom.
Links relatati:
Portal dwar il-Mobilità fix-Xogħol tal-EURES
Aqra aktar:
Kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegital-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimentital-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 18 Diċembru 2020
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Aħbarijiet esterni tal-EURES
- Ġranet tax-Xogħol/Avvenimenti
- Aħbarijiet/rapporti/statistika
- Stejjer ta' suċċess
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles