Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet11 Frar 2022L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni4 min qari

Is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ: Traineeships

Bħala parti mis-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ (EYY2022), qed nagħtu ħarsa lejn l-opportunitajiet disponibbli għaż-żgħażagħ fl-UE. It-traineeships huma mod tajjeb kif tikseb esperjenza prattika ta’ xogħol, u hemm ħafna minn fejn tagħżel fl-Ewropa kollha.

The European Year of Youth: Traineeships

Hawnhekk, nesploraw l-approċċ ta’ politika tal-UE biex jiġu żgurati traineeships ta’ kwalità, kif ukoll xi ftit mill-għażliet li għandek tikkunsidra jekk inti interessat(a) li tagħmel traineeship fl-Ewropa.

Is-sejbien ta’ traineeship fuq il-portal tal-EURES

Il-EURES jiffaċilita s-sejbien ta’ traineeship fl-Ewropa. Tista’ tiffiltra l-opportunitajiet skont il-pajjiż biex issib xogħol fid-destinazzjoni mixtieqa tiegħek, kif ukoll skont l-iskeda tax-xogħol (full-time/flessibbli/part-time) u l-lingwa. Biex tfittex traineeships fuq is-sit web tal-EURES, ikklikkja fuq il-buttuna ‘Sib xogħol’, u ttajpja ‘Traineeship’ fil-kaxxa mmarkata ‘Kliem ewlieni’.

Traineeships mal-UE

Kull sena, madwar 1 900 żagħżugħ u żagħżugħa jirreġistraw fi programmi ta’ traineeship imħallsa mal-istitizzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kummissjoni Ewropea (ara hawn taħt għal aktar dettalji) u ħafna aktar entitajiet tal-UE joffru traineeships f'firxa wiesgħa ta’ oqsma (eż. il-liġi tal-kompetizzjoni, ir-riżorsi umani, il-politika ambjentali, il-komunikazzjoni, iż-żgħażagħ, u t-traduzzjoni).

Il-parti l-kbira tat-traineeships fl-UE huma miftuħa għal gradwati li jkunu għadhom kif gradwaw mill-università, u jdumu bejn tliet xhur u ħames xhur. Il-parti l-kbira tagħhom isiru fi Brussell, iżda hemm ukoll xi opportunitajiet ta’ traineeships il-Lussemburgu, Strasburgu u postijiet oħra fl-UE.

Qabel ma tapplika għal traineeship fl-UE, iċċekkja l-kriterji tal-eliġibbiltà, peress li dawn jistgħu jvarjaw bejn istituzzjoni u oħra. Il-kriterji ewlenin huma li ma tkunx ħdimt għal aktar minn xahrejn konsekuttivi ma’ istituzzjoni, korp, jew aġenzija tal-UE, u għandek titkellem mill-inqas żewġ lingwi mil-lingwi uffiċjali tal-UE.

Is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal u l-Eurodesk Opportunity Finder jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar l-opportunitajiet l-aktar riċenti ta’ traineeship.

It-Traineeships Blue Book tal-Kummissjoni Ewropea

Darbtejn fis-sena, il-Kummissjoni Ewropea toffri lill-gradwati universitarji mill-UE l-opportunità li jieħdu sehem f’internship imħallas ta’ ħames xhur fl-amministrazzjoni jew fit-traduzzjoni, li jibda f’Marzu jew f’Ottubru. Din hija opportunità kbira biex tikseb esperjenza prattika f’Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni, f’korp jew f’aġenzija. Tista’ tintbagħat Brussell, il-Lussemburgu, jew f’postijiet oħra madwar l-Ewropa.

F’dan il-video tal-Eurodesk, Samuel Janyszek, trainee Blue Book fid-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura, qasam il-ħsibijiet tiegħu dwar għalfejn it-Traineeship Blue Book huwa ta’ valur tant kbir għall-gradwati:

“Il-Blue Book huwa pożizzjoni prestiġjuża ħafna, li hija apprezzata ħafna, u għaldaqstant dan huwa tajjeb għas-CV tiegħek. Barra minn hekk, jekk qed tittama li taħdem f’istituzzjoni tal-UE jew fi kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali simili, il-Blue Book jagħtik l-opportunità li titgħallem l-kumplessitajiet ta’ kif il-Kummissjoni Ewropea taħdem fuq livell organizzazzjonali. […] Kull ġimgħa jkolli sessjoni ta’ taħriġ dwar l-aspetti differenti tal-programm tad-Direttorat, pereżempju, li hija interessanti u utli biex nitgħallem aktar dwar l-istituzzjonijiet usa’.”

Traineeships f’organizzazzjonijiet internazzjonali

Hemm bosta opportunitajiet ta’ traineeships mal-organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom jiġu kkunsidrati, inkluż:

Qabel ma tapplika għal pożizzjoni f’organizzazzjoni internazzjonali, kun af li se tkun qed tikkompeti ma’ nies minn madwar id-dinja kollha. Filwaqt li dan joħloq ambjent tax-xogħol divers u arrikkit, joħloq ukoll kompetizzjoni.

Xi opportunitajiet ta’ traineeships jistgħu jkunu bla ħlas, u għaldaqstant tajjeb li tiċċekkja dan qabel ma tapplika.

It-traineeships ikomplu jevolvu

L-UE tkompli ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-apprendistati. Tipprovdi rakkomandazzjonijiet u linji gwida dwar l-iżgurar ta’ tagħlim ta’ kwalità għolja u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, l-għoti ta’ appoġġ lit-tranżizzjonijiet mill-edukazzjoni għax-xogħol u ż-żieda fl-impjegabbiltà tat-trainees.

Jekk inti interessat(a) li ssir taf aktar dwar it-traineeships fl-UE, mur fuq il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ. Għal aktar informazzjoni dwar wieħed x’għandu jistenna matul is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, ara ‘Is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ biex tagħti spinta lill-opportunitajiet għaż-żgħażagħ fl-2022’.

 

Links relatati:

Traineeships fil-Parlament Ewropew

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea - Traineeships Imħallsa

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna - Aħdem magħna

Il-Kummissjoni Ewropea - Traineeships Blue Book

Il-lingwi uffiċjali tal-UE

Is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal

Eurodesk Opportunity Finder

It-Traineeship Blue Book - l-intervista tal-Eurodesk ma’ Samuel

In-Nazzjonijiet Uniti (NU)

L-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO)

L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD)

Il-UNICEF

Il-Bank Dinji

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa

L-aġenziji u l-korpi tan-NU

Portal Ewropew taż-Żgħażagħ – Traineeships

Is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ biex tagħti spinta lill-opportunitajiet għaż-żgħażagħ fl-2022

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

 

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.