Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)

EURES Targeted Mobility Scheme

Persuni li qegħdin ifittxu l-impjieg

EURES Targeted Mobility Schemes for jobseekers banner

Qed issibha diffiċli biex issib xogħol jew opportunità ta’ taħriġ f’pajjiżek? Qed taħsibha tmurx taħdem barra minn pajjiżek, iżda ma tafx kif tegħleb l-ostakli diffiċli?

Ipprova l-"EURES Targeted Mobility Scheme".

  1. X’inhi
    l-"EURES Targeted Mobility Scheme"?
    • Din toffri appoġġ dedikat mis-servizzi nazzjonali tal-impjiegi għal persuni li qed ifittxu xogħol, taħriġ jew apprendistat f’pajjiż ieħor tal-UE, fin-Norveġja jew fl-Iżlanda.
    • Fuq bażi ġusta, din tindirizza l-ħtiġijiet ta’ dawk li qed ifittxu xogħol biex jitneħħew l-ostakli għall-mobbiltà.
    • Hi tgħin lill-impjegaturi f’dawn il-pajjiżi li qed ifittxu ħaddiema motivati u kwalifikati.
    • L-appoġġ disponibbli jinkludi finanzjament biex ikopri affarijiet bħal korsijiet tal-lingwa, ir-rikonoxximent tal-kwalifiki, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza.
  2. Min
    jista’ japplika?
    • Il-persuni li qed ifittxu xogħol li għandhom 18-il sena jew aktar.
    • Iċ-ċittadini ta’ pajjiż tal-UE, tan-Norveġja jew tal-Iżlanda – jew kull persuna residenti legalment f’dawn il-pajjiżi.
    • Kull min qed ifittex xogħol, irrispettivament mill-kwalifiki tiegħu.
  3. Kif
    tista’ tibda tfittex xogħol?
    • Ikklikkjal-links hawn taħt biex issib il-proġetti attwali mmexxija minn servizz tal-impjiegi ewlieni u s-sħab tagħhom.
    • Itlob informazzjoni dwar il-proċess tal-applikazzjoni, it-tiftix ta’ xogħol, it-tlaqqigħ u l-assistenza għar-reklutaġġ

Impjegaturi

EURES Targeted Mobility Schemes banner for Employers

Qed tfittex biex tħaddem persuni bi profil speċifiku, iżda qed issibha diffiċli ssibhom f’pajjiżek? Tixtieq tibni tim multikulturali li jista’ jagħti vantaġġ lin-negozju tiegħek?

Ipprova l-"EURES Targeted Mobility Scheme".

  1. X’inhi
    l-"EURES Targeted Mobility Scheme"?
    • Din toffri lin-negozju tiegħek appoġġ dedikat mis-servizzi lokali tal-impjiegi biex timpjega persuni motivati u kwalifikati li qed ifittxu xogħol minn pajjiżi Ewropej oħra għal xogħol, traineeship jew apprendistat.
    • Jekk int negozju żgħir jew ta’ daqs medju, tista’ tapplika wkoll għal appoġġ finanzjarju biex tkopri xi wħud mill-ispejjeż tat-taħriġ u tal-integrazzjoni għal dan l-istaff il-ġdid.
  2. Min
    jista’ japplika?
    • In-negozji jew l-organizzazzjonijiet kollha bbażati f’pajjiż tal-UE, fin-Norveġja jew fl-Iżlanda, irrispettivament mis-settur jew mid-daqs ekonomiku
    • Kull negozju li joffri kuntrattta’ xogħol bil-miktub ta’ mill-inqas:
      6 xhur għal xogħol jew apprendistat
      3 xhur għal traineeship.
    • Kwalunkwe negozju/organizzazzjoni li toffri kollokament li jkun konformi mal-liġi nazzjonali.
  3. Fejn
    jista’ jimpjega n-nies in-negozju tiegħek?

    F’kull pajjiż tal-UE, fl-Iżlanda jew fin-Norveġja

  4. Kif
    tista’ tibda?
    • Ikklikkjal-links hawn taħt biex issib il-proġetti attwali mmexxija minn servizz tal-impjiegi ewlieni u s-sħab tagħhom.
    • Staqsi għal informazzjoni dwar il- kundizzjonijiet li jirregolaw il-parteċipazzjoni

It-TMS tal-EURES għandha impatt trasformattiv fuq il-ħajjiet. Pereżempju, hija assistiet lil Jesús, persuna li qed tfittex impjieg minn Spanja biex tiżgura impjieg fin-Norveġja. Ara dan il-filmat biex tara l-vjaġġ ta’ ispirazzjoni tiegħu u d-differenza li TMS għamel għalih:

Servizzi tal-impjiegi ewlieni u s-sħab tagħhom

il-proġetti attwali mmexxija minn servizz tal-impjiegi ewlieni u s-sħab tagħhom