Agħmel differenza
Il-volontarjat barra l-pajjiż jista’ jkun mod tajjeb ħafna biex tagħmel impatt pożittiv filwaqt li tappoġġa kawża li hija importanti għalik. Jekk għandek għal qalbek ħafna n-natura, tista’ tagħmel volontarjat billi tnaddaf il-bajjiet jew il-parks nazzjonali. Jekk tħobb l-annimali, forsi tixtieq tagħmel xogħol ta’ volontarjat f’ċentru għall-ħarsien tal-annimali. Jew, jekk tieħu gost taħdem mat-tfal, tista’ tagħmel volontarjat fi skola jew f’ċentru taż-żgħażagħ. Hemm ħafna modi kif tista’ tagħmel differenza matul il-vjaġġi tiegħek. Kun ċert li tagħmel riċerka qabel ma tmur biex tiżgura li l-appoġġ tiegħek ikun sostenibbli u jkollu impatt pożittiv dejjiemi fuq il-komunità.
Żid l-impjegabbiltà tiegħek
Filwaqt li tista’ ma tkunx ir-raġuni ewlenija tiegħek għall-volontarjat barra minn pajjiżek, l-esperjenza li tikseb se tkun xi ħaġa tassew tajba li tista’ żżid mas-CV tiegħek. Se turi li inti lest li tipprova affarijiet ġodda u li ma tibżax minn xogħol iebes u impenn. Il-parteċipazzjoni f’xogħol volontarju sinifikanti barra minn pajjiżek mhux biss se tagħmlek tispikka aktar meta wieħed jaraha, iżda tista’ tkun ukoll suġġett tajjeb għad-diskussjoni mal-impjegaturi potenzjali waqt intervista tax-xogħol.
Tgħallem xi ħaġa ġdida
Skont fejn tmur u x’tagħmel, bla dubju li se tikseb xi ħiliet ġodda bil-volontarjat barra minn pajjiżek. Dan jista’ jkun xi ħaġa speċifika bħat-tisjir, it-tagħlim, il-bini jew il-ħiliet ta’ sopravivenza, iżda hemm ukoll ħiliet trasferibbli li se tiżviluppa meta tkun hemm, bħal soluzzjoni tal-problemi, il-ħidma f’tim u l-komunikazzjoni effettiva. Il-volontarjat barra l-pajjiż huwa wkoll l-opportunità perfetta biex titgħallem lingwa ġdida, peress li se tkun imdawwar minn kelliema nattivi u x’aktarx li se jkollok titkellem b’dik il-lingwa l-ħin kollu.
Iltaqa’ ma’ nies ġodda
Kif diġà għedna, il-volontarjat barra mill-pajjiż jista’ jkun tal-biża’ – b’mod speċjali jekk tkun waħdek – iżda huwa mod verament faċli biex wieħed jiltaqa’ ma’ nies ġodda. Se ssib kull tip ta’ persuna interessanti minn madwar id-dinja. Jekk sa mill-ewwel jum tixtieq tiltaqa’ ma’ nies li għandek l-istess interessi bħalhom, għaliex ma tipparteċipax fi skema ta’ volontarjat fi grupp? Tkun tista’ tikkollabora ma’ voluntiera oħra u taqsam esperjenzi li ma jintesew qatt, li spiss joħolqu sens reali ta’ komunità u ħbiberiji għal dejjem.
Ara d-dinja
Jekk qed taħseb biex tivvjaġġa xorta waħda, għalfejn ma tinkludix il-volontarjat fl-itinerarju tal-vjaġġ tiegħek? M’hemmx mod aħjar biex tiskopri kultura ġdida u tesperjenza mod ta’ għajxien differenti. Barra minn hekk, dan jista’ jkun bi prezz raġonevoli. Għalkemm il-volontarjat huwa bla ħlas, xi organizzazzjonijiet u skemi joffru akkomodazzjoni jew ikliet bi prezz baxx għax-xogħol li tagħmel. Jaf tkun tista’ wkoll tiffinanzja l-vjaġġ ta’ volontarjat tiegħek permezz ta’ għotja jew ġbir ta’ fondi, biex b’hekk tkun tista’ żżomm l-ispejjeż kemm jista’ jkun baxxi jekk tinsab fuq baġit limitat.
Mela x’inti tistenna? Ibda aħseb dwar kif tista’ tinvolvi ruħek fil-volontarjat barra minn pajjiżek illum!
L-artiklu sar fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 23 Mejju 2019
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Ideat u Suġġerimenti
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles