Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet7 Marzu 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ fil-qosor

Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ hi waħda mill-mezzi prinċipali li permezz tagħhom l-UE qiegħda tgħin biex jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ. Iżda kif taħdem u kif jistgħu jkunu involuti ż-żgħażagħ u n-negozji? Għandna t-tweġibiet hawn taħt.

The Youth Guarantee in a nutshell
Shutterstock

X’inhi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ?

Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ hi impenn mill-Istati Membri tal-UE biex jiġi żgurat li ż-żgħażagħ kollha ta’ taħt il-25 sena jkunu jistgħu jsibu xogħol ta’ kwalità tajba jew jiksbu l-edukazzjoni, il-ħiliet u l-esperjenza li jeħtieġu biex isibu xogħol fil-futur, fi żmien erba’ xhur minn meta jitilqu mill-iskola jew jisfaw qiegħda.

Kif taħdem?

Kull Stat Membru jopera skema tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ nazzjonali unika għal dak il-pajjiż. L-iskema tlaqqa’ flimkien sħab mill-amministrazzjoni pubblika, mill-edukazzjoni u minn negozji biex jappoġġjaw varjetà ta’ attivitajiet imfassla biex jgħinu liż-żgħażagħ isibu xogħol.

Dawn l-attivitajiet jinkludu apprendistati f’negozji lokali, traineeships li jħalltu esperjenza li tinkiseb fuq ix-xogħol ma’ klassijiet ibbażati fuq it-teorija, offerti ta’ xogħol, finanzjament għal kumpaniji ġodda jew għal persuni li jaħdmu għal rashom u korsijiet ta’ taħriġ.

Min jista’ jipparteċipa?

Iż-żgħażagħ kollha ta’ taħt il-25 sena (taħt id-29 sena f’xi pajjiżi) li jkunu għadhom kif telqu mill-edukazzjoni formali jew sfaw qiegħda jistgħu jipparteċipaw fil-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

Negozji u organizzazzjonijiet ukoll jistgħu jipparteċipaw billi jissieħbu u jappoġġjaw l-attivitajiet li qegħdin jiġu offruti permezz tal-iskema.

Minn fejn jiġi l-finanzjament?

Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ hi ffinanzjata permezz ta’ taħlita ta’ baġits u kontribuzzjonijiet nazzjonali mill-Fond Soċjali Ewropew u mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ.

X’kisbet s’issa l-Garanzija għaż-Żgħażagħ?

Minn Jannar 2014, 14-il miljun żagħżugħ/a daħlu fi skemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u madwar 9 miljuni minn dawn aċċettaw offerta ta’ appoġġ.

Stejjer ta’ suċċess tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ

Minn fejn jistgħu ż-żgħażagħ u n-negozji jsiru jafu aktar?

Id-dettalji tal-punt ta’ kuntatt ta’ kull pajjiż jistgħu jinstabu fuq il-paġna ta’ reġistrazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ tas-sit web tad-DĠ EMPL.

Informazzjoni sħiħa dwar l-iskema tista’ tinstab fuq il-paġni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ tas-sit web tad-DĠ EMPL.

 

Links relatati:

Il-Fond Soċjali Ewropew.  http://ec.europa.eu/esf/home.jsp?langId=mt

L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1176&langId=mt

Aristea Zachari (Greċja)http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=89&langId=mt&newsId=2633&furtherNews=yes

Tina Fonovic (Slovenja): http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=89&langId=mt&newsId=2624&furtherNews=yes

Elvis Skripunas (Litwanja): http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=89&langId=mt&newsId=2626&furtherNews=yes

Nikolay Petrov (Bulgarija): http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=89&langId=en&newsId=2630&furtherNews=yes

Paġna ta’ reġistrazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ: http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1218&langId=mt

Paġni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ: http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1079&langId=mt

 

Aqra aktar:

Jiem tal-Impjieg Ewropew

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Stejjer ta' suċċess
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
  • Għajnuna u appoġġ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.