Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 8 Lulju 2018
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 2 min qari

Infermiera Żagħżugħa Spanjola ssegwi l-ħolma tagħha fil-Ġermanja

Nerea Gomis Sanchez, tfajla ta’ dsatax-il sena minn Spanja, tesprimi l-ferħ tagħha għall-isfida li taħdem fis-settur tal-kura f’Kassel, fil-Ġermanja ċentrali.

Young Spanish nurse pursues her dream in Germany
EURES

Kienet deċiżjoni kbira biex hi u l-familja tagħha jmorru jgħixu barra mill-pajjiż, iżda l-proġett L-ewwel impjieg tal-EURES tiegħek (YfEj) offrielha appoġġ matul it-triq kollha.

"Missieri huwa bniedem tas-sengħa, iżda ilu bla xogħol għal żmien twil", tgħid Nerea. "Ommi kienet taħdem f’lukanda sa sentejn ilu. Hija ngħatat is-sensja u ilha bla xogħol minn dak iż-żmien, għalhekk id-dħul tal-familja huwa tassew baxx ħafna."

Wara l-iskola sekondarja, Nerea tħarrġet bħala Speċjalista għall-Kura ta’ Persuni Dipendenti. Għalkemm hija kienet taf li l-opportunitajiet ta’ xogħol b’din il-kwalifika vokazzjonali ma kinux wisq tajbin, hija kienet tieħu gost tagħmel ix-xogħol u sabitu sodisfaċenti.

"Jiena applikajt fi djar tal-anzjani u f’istituzzjonijiet għal persuni b’diżabilità, iżda lanqas biss għajtuli darba għal intervista għax-xogħol," qalet. "Ħafna mill-gradwati mill-iskola tagħna jaħdmu fil-kura privata jew fid-djar. Ftit taqla’ flus hemmhekk, u ma ridtx li nkun it-tielet persuna qiegħda fil-familja. "

Hi saret taf dwar l-iskema YfEj permezz tal-iskola tagħha. L-eqreb skola tal-lingwi li kkollaborat mal-impjegatur Ġermaniż Arbeiterwohlfahrt (AWO), fornitur ta’ servizzi soċjali, kienet f’Alicante, 170km ‘il bogħod mill-belt ta’ Valencia fejn tgħix. B’parir prattiku u bi ftit appoġġ finanzjarju mill-EURES, hija rnexxielha ssib post fil-proġett.

"Il-familja tiegħi appoġġat id-deċiżjoni tiegħi, iżda ma kinetx faċli", hi tgħid. "Matul il-kors tal-lingwa f’Alicante kelli nikri kamra u kelli bżonn xi ftit tal-flus biex ngħix. Dawk ġibthom mingħand il-ġenituri tiegħi. Issa, nixtieq nieħu ħsieb tiegħi nnifsi. Dak huwa l-motiv ewlieni tiegħi. Il-proġett mal-AWO huwa eżattament l-aqwa ħaġa għalija. Irrid niżviluppa l-karriera tiegħi u dan nista’ nagħmlu hawn. U jekk tista’ taħdem u taqla’ biżżejjed flus biex tgħix, tant l-aħjar."

U Nerea qed tgawdi l-ħajja ġdida tagħha u l-isfidi li ġġib magħha, tgħid hi. "Nieħu gost naħdem fl-AWO u ninsab interessata fil-lingwa l-ġdida u l-kultura l-ġdida. L-aktar ħaġa importanti hija li jiena indipendenti u naqla’ l-flus għalija stess."

 

Links relatati:

L-ewwel impjieg EURES tiegħek

Arbeiterwohlfahrt (AWO)

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Aħbarijiet esterni tal-EURES
  • Stejjer ta' suċċess
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.