Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet17 Ottubru 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Il-kimika t-tajba: Speċjalista farmaċewtika Taljana tħossha milqugħa fl-Iżvezja

Li tmur l-Iżvezja għal programm ta' taħriġ ta' ħames xhur spiċċat saret l-aqwa deċiżjoni li Alessia Bianchet qatt ħadet.

The right chemistry: Italian pharma specialist feels at home in Sweden
Alessia Bianchet

Alessia, 27, minn San Vito al Tagliamento fil-Grigal tal-Italja, qed tgawdi ħajjitha f'Mölnlycke Health Care f'Gothenburg, fejn issa bdiet taħdem full-time mad-dipartiment tar-riċerka u tal-iżvilupp tal-kumpanija.

Alessia gradwat fil-kimika u t-teknoloġija farmaċewtika fl-2015 u bdiet tfittex xogħol fis-settur farmaċewtiku fl-Italja. Wara tmien xhur kienet għadha ma sabitx xogħol, u għalhekk inkitbet għall-programm tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ lokali tagħha, inizjattiva tal-UE li tgħin lill-persuni ta' taħt il-25 sena jsibu impjieg u taħriġ.

Hi rnexxielha tikkuntattja lil maniġer f'AstraZeneca, il-kumpanija farmaċewtika multinazzjonali, li taħdem ma' Mölnlycke fil-BioVentureHub tagħha f'Gothenburg. Alessia ġiet offruta post fil-programm ta' taħriġ ta' Mölnlycke, li bdiet tattendi għalih fi Frar ta' din is-sena.

"Kienu kuntenti li kellhom żgħażagħ li kienu ħerqana biex jitgħallmu fit-tim tagħhom," tgħid Alessia. "Peress li kelli eċċitament kbir - u biżgħat daqstant kbar - li ma ġiex issodisfat minħabba n-nuqqas ta' opportunitajiet ta' xogħol għaż-żgħażagħ fl-Italja, iddeċidejt li nitlaq. Xtaqt nuri lili nnifsi li kont kapaċi negħleb l-isfida."

Hi ġiet appoġġjata fil-pass li għamlet minn EURES Italja, b'mod partikolari mill-membru tal-Persunal tal-EURES Stefania Garofalo. Permezz tal-programm tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ fir-reġjun tagħha, il-Friuli Venezia Giulia, hi kisbet appoġġ finanzjarju għaż-żmien li qattgħet f'taħriġ barra mill-pajjiż.

Mölnlycke hi kumpanija globali tal-kura tas-saħħa b'7,400 impjegat madwar id-dinja; fil-kwartieri ġenerali, fejn hi bbażata Alessia, hemm madwar 400. Għaliha malajr saru qishom it-tieni familja tagħha.

"Bis-saħħa tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-EURES, skoprejt kultura li qatt ma kont nikkunsidra bħala opportunità għall-futur," tgħid Alessia.

"Ħajti nbidlet ħafna. Qed ngħix f'pajjiż li verament tani ħafna u li nħobb. Għandi xogħol għal qalbi, u naħdem f'tim ta' nies li għamilt ħbieb sew magħhom. Iltqajt ma' ħafna nies, li xi wħud minnhom bnejt ħbiberija soda magħhom, u dawn għallmuni ħafna. Li mmur l-Iżvezja kienet waħda mill-aqwa deċiżjonijiet li qatt ħadt."

Stefania żżid tgħid: "Bħala Konsulent tal-EURES, nieħu pjaċir nagħti pariri lil persuni motivati, b'ħiliet kbar u entużjasti bħal Alessia. U hi xi ħaġa fantastika meta tara mara tilħaq l-għanijiet tagħha u tirnexxi f'karriera tax-xjenza, tat-teknoloġija, tal-inġinerija u tal-matematika, li fl-Ewropa tinsab f'domanda kbira."

 

Links relatati:

Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ fil-qosor @EURES

Mölnlycke Health Care f'Gothenburg

BioVentureHub f'Gothenburg

Programm tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Partijiet interessati esterni
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Midja soċjali
  • Stejjer ta' suċċess
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.