Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet12 Mejju 2022L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni4 min qari

Is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ: Volontarjat

Bħala parti mis-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ (EYY2022), qed nagħtu ħarsa lejn l-opportunitajiet disponibbli għaż-żgħażagħ fl-UE. Il-volontarjat huwa mod tajjeb ħafna biex tinkiseb esperjenza ta’ postijiet, kulturi u ħiliet ġodda, jiġu megħjuna wkoll l-oħrajn.

The European Year of Youth: Volunteering

Hemm ħafna opportunitajiet ta’ volontarjat fis-setturi u fl-organizzazzjonijiet, li wieħed jista’ jagħżel ,u dawn jaħdmu għal kull tip ta’ kawża. Hawnhekk, nesploraw ftit mill-affarijiet li għandek tikkunsidra jekk inti interessat fil-volontarjat.

Identifika l-opportunità t-tajba għalik

Ladarba tiddeċiedi li tixtieq tagħmel volontarjat, staqsi lilek innifsek il-mistoqsijiet li ġejjin:

  • X’inhuma l-għanijiet u l-istennijiet tiegħi?
  • Kemm għandi żmien disponibbli?
  • X’tip ta’ kompiti nixtieq nagħmel?
  • X’ħiliet nista' noffri?

Hemm ħafna modi kif tista’ tagħmel volontarjat, inkluż fil-komunità tiegħek, online, jew barra minn pajjiżek. Biex jgħinek tispeċifika l-opportunitajiet li jistgħu jkunu adattati għalik, il-Eurodesk żviluppa kwiżż online li jipprovdilek eżempji ta’ programmi rilevanti għall-ispirazzjoni.

Iżda qabel ma tibda tippakkja l-bagalji tiegħek...

Agħmel ftit riċerka dwar l-isfon

Filwaqt li hemm għadd kbir ta’ organizzazzjonijiet fi bżonn ġenwin ta’ appoġġ, għandek dejjem tiżgura li dawk li tapplika għalihom huma affidabbli. Hemm mijiet ta’ siti web għal organizzazzjonijiet li m’għadhomx jeżistu, li qatt ma eżistew, jew li ma jagħmlux ix-xogħol li jallegaw li jagħmlu. Hemm ukoll organizzazzjonijiet privati li jġegħluk tħallas għall-volontarjat barra minn pajjiżek, u xi wħud jistgħu jkunu għaljin ħafna.

Iċ-Ċentru Ewropew tal-Volontarjat (CEV) ippubblika sett ta’ għodod faċli biex jintuża biex jgħinek tevalwa l-kwalità tal-opportunitajiet ta’ volontarjat.

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

Permezz tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà ((KES)), l-UE toffri opportunitajiet tajba ta’ volontarjat lokali u internazzjonali. Tista’ tirreġistra fil-KES jekk għandek bejn is-17 u t-30 sena, iżda jrid ikollok mill-inqas 18-il sena meta tingħaqad ma’ proġett ta’ volontarjat.

Il-bażi tad-data tal-KES ta’ organizzazzjonijiet akkreditati tippermettilek issib id-dettalji ta’ kuntatt tal-organizzazzjonijiet u l-proġetti li qed ifittxu voluntiera, u tapplika direttament permezz tas-sit. Ladarba tintgħażel għal proġett, kollox jiġi organizzat għalik. Jekk m’intix ċert x’tip ta’ attività tagħżel, agħmel il-kwiżż tal-KES!

Organizzazzjonijiet oħra ta’ volontarjat

Minbarra l-KES, tista’ ssib opportunitajiet ta’ volontarjat permezz ta’:

Volontarjat online

Jekk il-volontarjat fuq il-post huwa partikolarment diffiċli għalik, tista’ tikkunsidra l-volontarjat online. L-opportunitajiet ta’ volontarjat online huma disponibbli permezz ta’ organizzazzjonijiet u inizjattivi bħall- EU Aid Volunteers (Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE), li joffru appoġġ online lill-organizzazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja, u l- UN Volunteers Online (Voluntiera tan-NU Online).

Voluntiera taż-Żgħażagħ tan-NU

Minbarra l-iskema ta’ volontarjat online tagħhom, in-Nazzjonijiet Uniti ((NU) ) tmexxi l-UN Youth Volunteers (Voluntiera Żgħażagħ tan-NU) - programm speċifiku għaż-żgħażagħ ta’ bejn it-18 u d-29 sena li jixtiequ jinvolvu ruħhom f’inizjattivi ta’ żvilupp u paċi madwar id-dinja.

Bħala Voluntiera Żgħażagħ tan-NU, tista’ taħdem fid-drittijiet tal-bniedem, l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-ġestjoni tad-diżastri, il-bini tal-paċi, l-involviment taż-żgħażagħ, u ħafna oqsma oħra. L-assenjazzjonijiet jiġu rreklamati fuq is-sit web tan-NU taħt “Sejħiet Speċjali għall-Voluntiera”, kif ukoll permezz ta’ Facebook, Twitter u LinkedIn.

Jekk inti interessat(a) li ssir taf aktar dwar il-volontarjat fl-UE, mur fuq il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ. Għal aktar tagħrif dwar is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, ara l-artiklu tagħna dwar it-Traineeships.

 

Links relatati:

Eurodesk

Qwiżż tal-Eurodesk

Iċ-Ċentru Ewropew tal-Volontarjat

Sett ta’ għodod tas-CEV

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

Kwiżż tal-KES

Worldwide Opportunities on Organic Farms (Opportunitajiet madwar id-Dinja dwar l-Irziezet Organiċi)

World Wide Fund for Nature Young Adult Volunteer & Internship Programme (Fond Dinji għan-Natura (WWF) Programm ta' Volontarjat u Internship għaż-Żgħażagħ)

Coordinating Committee for International Voluntary Service (Kumitat ta’ Koordinazzjoni għas-Servizz Volontarju Internazzjonali)

UNESCO World Heritage Volunteers (Voluntiera tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO)

European Heritage Volunteers (Voluntiera tal-Patrimonju Ewropew)

Service Civil International (Servizz Ċivili Internazzjonali)

Alliance of European Voluntary Service Organisations (L-Alleanza tal-Organizzazzjonijiet tas-Servizz Volontarju Ewropew)

EU Aid Volunteers (Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE)

UN Volunteers Online (Voluntiera tan-NU Online)

United Nations (In-Nazzjonijiet Uniti)

UN Youth Volunteers( Voluntiera Żgħażagħ tan-NU)

Il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ

Traineeships

 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.