Il-qgħad fost iż-żgħażagħ fi Brussell naqas b’mod stabbli matul is-snin li għaddew, u bħalissa jinsab fil-livell ta' 25.3%. Madankollu, għad hemm ħafna xi jsir biex tinżamm din it-tendenza u Actiris ma ħliet l-ebda ħin biex taġixxi fil-pront.
It-tim dinamiku ta’ Actiris International tella' strixxun u punt ta’ informazzjoni fiċ-ċentru tal-belt ta’ Brussell, biex jilħaq lil żgħażagħ li kienu għaddejjin fil-qrib li setgħu kienu fil-bżonn ta’ daqqa t’id fl-avvanz fil-karriera.
Armat b’mijiet ta’ kartolini li jolqtu l-għajn stampati kemm bil-Franċiż kif ukoll bl-Olandiż, it-tim żar uħud mill-postijiet l-aktar moda u popolari li l-aktar jiġu ffrekwentati miż-żgħażagħ ta’ Brussell.Tqassmu volantini ma’ kullimkien, f’postijiet kulturali, kafetteriji, ħwienet tal-kotba u saħansitra fuq it-trasport pubbliku.Tista’ tara wħud mir-ritratti tal-jum minn fuq il-paġna ta' Facebook ta’ Actiris.
Saret kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni dinamika virali bit-tama li tinxtered il-kelma tal-YFEJ mal-professjonisti żgħażagħ kif ukoll ma’ dawk li kienu qed ifittxu impjieg.Immexxija minn Actiris International, l-attivitajiet innovattivi ta’ kummerċjalizzazzjoni rriżultaw f’żieda fl-applikazzjonijiet għall-benefiċċji mill-programm tal-YFEJ. Il-Kap tal-Impjiegi Internazzjonali ta' Actiris, is-Sinjura Jessica Mathy, li mexxiet il-kampanja, tgħid li huma ħolqu opportunità unika biex jagħmlu kuntatt ma’ udjenza usa’ mis-soltu, speċjalment waħda li mhux dejjem hija konxja mid-dimensjoni internazzjonali tas-servizzi tagħhom. Eluf ta’ kartolini tqassmu madwar l-erbat irjiħat ta’ Brussell. “Filwaqt li għadu kmieni biex nikkalkulaw iċ-ċifri preċiżi fl-aħħar tal-kampanja, bħalissa qed nipprevedu numru sostanzjali ta’ talbiet li għandhom jiġu għandna matul ix-xhur li ġejjin. U dan jista’ jfisser biss li ser inkunu lħaqna l-għan tagħna li nippromwovu l-mobilità fix-xogħol fl-Ewropa! ", skont Jessica.
Jekk għandek bejn 18 u 35 sena ‘l-ewwel impjieg EURES tiegħek’ jista’ jkun għalik
L-iskema ta’ mobilità ta’ YFEJ hija opportunità għall-Ewropej kollha, iżgħar minn 35 sena li jkunu qed ifittxu xogħol, li huma interessati li jaħdmu jew li jkollhom aċċess għal taħriġ jew apprendistati fl-UE, in-Norveġja u l-Islanda.Inizjattiva li hi appoġġjata finanzjarjament mill-Kummissjoni Ewropea, timmira li tiffaċilita l-mobbiltà internazzjonali fi ħdan l-UE kemm għal dawk li jkunu qed ifittxu x-xogħol kif ukoll tipprovdi gwida u assistenza lil min qed iħaddimhom.
Il-YFEJ bħalissa hija implimentata fil-livell tal-UE kollha minn erba’ konsorzji mmexxija rispettivament mis-servizzi tal-impjiegi pubbliċi fi Franza, l-Italja, il-Ġermanja u l-Iżvezja, li jinvolvu Stati Membri tal-UE oħrajn. Actiris hija parti minn konsorzju mmexxi mis-servizz tal-impjiegi pubbliku fi Franza (Pôle Emploi). Mill-2016, Actiris diġà kkontribwixxiet għal ħafna opportunitajiet ta’ xogħol barra mill-pajjiż f’numru ta’ setturi, jiġifieri: s-setturi tal-industrija, in-negozju, l-IT u l-midja u fl-NGOs. L-appoġġ għar-rilokazzjoni kien l-aktar allokat għal dawk li kienu qed ifittxu x-xogħol li kienu qed jiċċaqilqu lejn il-Ġermanja, il-Portugall u Spanja, u fil-parti l-kbira, il-benefiċjarji kienu nisa ta’ bejn il-25 u t-30 sena.
L-iskema tal-YFEJ tista’ tipprovdi lil persuni li jkunu qed ifittxu x-xogħol b’assistenza finanzjarja għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar biex jattendu intervisti, għall-ispejjeż għar-rilokazzjoni, għall-ħlasijiet għal kors lingwistiku kif ukoll b'assistenza fil-ħidma u l-ispejjeż biex il-kwalifiki tagħhom jiġu rikonoxxuti.
Barra minn hekk, l-inizjattiva tgħin lil min iħaddem f’dawk l-Istati Membri biex jirreklutaw persunal adattat għall-impriżi tagħhom, u tipprovdi appoġġ finanzjarju biex tgħinhom joħolqu programm ta’ integrazzjoni għall-membri ġodda tal-persunal tagħhom.
Il-YFEJ tagħmilha aktar faċli għaż-żgħażagħ Ewropej biex jiċċaqalqu, jaħdmu u jgħixu fl-Ewropa, u tiffaċilita l-proċess ta’ reklutaġġ għal min iħaddem.
Kif tagħmel kuntatt ma’...
Actiris International
Jekk trid tkun taf aktar dwar il-YFEJ, kull ma għandek tagħmel huwa li tikkuntattja lil Actiris International biex tagħmel appuntament. Ara l-websajt tagħhom għad-dettalji kollha ta’ kuntatt.
Servizzi ta’ Impjieg tal-YFEJ oħrajn fl-UE
Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq il-YFEJ kif ukoll id-dettalji ta’ kuntatt ta’ servizzi tal-YFEJ oħrajn fil-livell tal-UE hawnhekk
Jekk tixtieq li tinżamm aġġornat fuq l-aħħar aħbarijiet u opportunitajiet tal-EURES, jekk jogħġbok segwi l-paġna ta’ Facebook tal-EURES u Twitter.
Links relatati:
Il-paġna ta’ Facebook tal-Actiris
Is-sit web ta' Actiris International
Il-paġna web ta' L-ewwel impjieg EURES tiegħek fuq EURES
Il-paġna ta' Facebook tal-EURES
Feed ta' Twitter tal-EURES
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Onlineli ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
L-EURES fuq Google+
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 31 Mejju 2017
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Ideat u Suġġerimenti
- Aħbarijiet/rapporti/statistika
- Stejjer ta' suċċess
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles