Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet19 Diċembru 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

7 Estensjonijiet ta’ Chrome li kull ħaddiem bieżel jeħtieġ

Sven Dahlin kiteb ktieb elettroniku dwar l-effettività f’Microsoft Excel, għamel webinars u jaħdem għal Tradera Rabattkoder fl-Iżvezja. Bħala persuna ffukata fuq l-effiċjenza, staqsejnieh liema estensjonijiet ta’ Chrome huwa jirrakkomanda sabiex tingħata spinta lill-produttività fuq ix-xogħol.

7 Chrome extensions every worker bee needs
EURES

 

Liteshot

Jekk inti għandek bżonn tieħu ritratt tal-iskrin malajr ta’ xi ħaġa f’tab ta’ Chrome, din hija l-estensjoni għalik. Sempliċement agħfas il-buttuna “Take a screenshot” (“Iġbed ritratt tal-iskrin”) u tinfetaħ tab ġdida fejn inti tista’ tagħżel dak li tixtieq tikkondividi jew tissejvja. Jekk din tkun stampa, inti tista’ saħansitra titlob lil Google biex ifittex stampi simili. Qabel ma tikkondividi jew tissejvja, tista’ wkoll tpinġi fuq ir-ritratt tal-iskrin u tenfasizza kwalunkwe ħaġa li tixtieq tindika lil dik il-persuna li tkun se tirċievi r-ritratt tal-iskrin.

Momentum

Momentum jippreżenta lilu nnifsu kull darba li tiftaħ tab ġdida fi Chrome. Dan jagħtik il-ħin, id-data, it-temp u xi ftit affarijiet oħra, iżda l-aktar importanti l-lista tiegħek tal-affarijiet “to do” (“li għandek x’tagħmel”). Il-laqgħat jitniżżlu fil-kalendarju tiegħek, iżda dawk il-kompiti kollha kbar u żgħar li ma jappartjenux għal ħin speċifiku fejn jitniżżlu? Faċli tara dak li trid tiffoka fuqu, u faċli wkoll iżżid oġġetti ġodda ma’ dak “li għandek x’tagħmel". Meta tlesti kompitu, neħħih, u mbagħad imxi għal dak li jmiss.

Text Mode

Għadd ta’ siti web jippreżentawlek ammont kbir ta’ informazzjoni li jista’ jagħmilha diffiċli biex tiffoka fuq it-test. Text Mode hija estensjoni sempliċi li, meta tintuża, tneħħi kollox għajr it-test innifsu, u tbiddel ukoll kollox f’iswed u abjad. L-estensjoni hija perfetta jekk ikollok bżonn tipproċessa ħafna informazzjoni fi żmien qasir.

LastPass

Dawk il-passwords kollha... Dawk il-logins kollha. Impossibbli tiftakarhom kollha sakemm ma tużax dejjem l-istess password u kif jaf kulħadd, dan mhuwiex irrakkomandat. LastPass huwa servizz li jaħżen il-passwords u l-ismijiet tal-utent tiegħek f’”vault” b’mod sikur, filwaqt li jagħmilhom faċilment aċċessibbli għalik biss.

All-in-One Messenger

Il-kumpanija li inti taħdem għaliha tuża aktar minn programm ta’ komunikazzjoni wieħed bħal Skype, Slack jew WhatsApp? All-in-One Messenger jieħu dawk il-programmi kollha u jpoġġihom f’window waħda, jiġifieri ma jkollokx għalfejn toħroġ minn wieħed biex tidħol f’ieħor. Dan huwa mod eċċellenti ta’ kif tiffranka l-ħin!

Grammarly for Chrome

Grammarly huwa perfett għal nies li jiktbu bl-Ingliż. Din l-estensjoni tiċċekkja kemm l-ortografija kif ukoll il-grammatika tiegħek, filwaqt li tiżgura li dak li inti qed tikkomunika huwa faċli biex jinqara u għandu xeħta professjonali. Dan jippermettilek sa 400 verifika b’xejn kull xahar.

SimilarWeb

Għandek bżonn issir taf x’tip ta’ viżitaturi kellu sit web partikolari f’dawn l-aħħar sitt xhur? L-estensjoni SimilarWeb tagħmel eżattament dan, u fl-istess ħin tippreżentalek data oħra bħal minn liema pajjiżi ġejjin il-viżitaturi u jekk ġewx permezz tal-midja soċjali, magni tat-tiftix jew links. Din id-data qatt mhu se tkun preċiża 100 %, iżda se tagħtik idea dwar jekk, pereżempju, għandekx tikkoopera ma’ influwenzatur partikolari.

Trid tkun taf aktar dwar kif tista’ tieħu kemm tista’ mill-ġurnata tax-xogħol tiegħek? Għalhekk kun ċert li tagħti ħarsa lejn l-artikolu riċenti tagħna: 5 għajnuniet biex taħdem b’mod effiċjenti.

 

Links relatati

Liteshot

Momentum

Text Mode

LastPass

All-in-One Messenger

Grammarly for Chrome

SimilarWeb

Tradera Rabattkoder

Chrome Extensions

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.