Id-determinazzjoni hija s-soluzzjoni
Minkejja n-nuqqas ta’ kokijiet fi Brussell, Ahmed kien qed isibha diffiċli biex isib impjieg. “Probabbilment bgħatt madwar 100 applikazzjoni. Irċevejt biss żewġ jew tliet tweġibiet u kollha kienu negattivi. Huwa diffiċli tibqa’ motivat meta xi ħadd ma jirrispondikx, iżda ma ridtx inkun passiv u ma nagħmel xejn dwar dan,” qal Ahmed.
Jiġifieri meta l-kok żagħżugħ iddeċieda li jittanta xortih barra minn pajjiżu u għamel kuntatt mal-Konsulenti tal-EURES fl-Actiris International − id-dipartiment tal-mobilità internazzjonali tas-Servizz Pubbliku tal-Impjiegigħar-Reġjun ta’ Brussell.
“Meta rċevejt offerta minn Actiris International għal impjieg staġjonali f’ċentru turistiku Finlandiż, mill-ewwel applikajt. Wara intervista mat-tim tal-EURES, l-applikazzjoni tiegħi ntbagħtet malajr lill-impjegatur.”
Ġimgħa għar-rilokazzjoni
Wara l-ewwel intervista, l-affarijiet imxew malajr ħafna għal Ahmed. “L-għada, kelli intervista bit-telefown mal-impjegatur, li marret tajjeb, u l-ġimgħa ta’ wara, wasalt fil-Lapland. Il-proċess kollu tal-applikazzjoni sar bl-Ingliż. M’iniex bilingwi, iżda naħseb li l-Ingliż tiegħi kien tajjeb biżżejjed,” jgħid il-kok Belġjan.
Ahmed ġie impjegat bħala kok tal-istazzjon. “Bdilt diversi pożizzjonijiet differenti, iżda kont responsabbli l-aktar biex nagħmel ħelu u ikel tal-għaġina. Il-kċina kienet internazzjonali, iżda tgħallimt ukoll kif nagħmel platti tradizzjonali Finlandiżi.”
Il-pandemija
Il-kuntratt ta’ Ahmed kien minn Diċembru 2019 sa April 2020, iżda meta l-pandemija laqtet lill-Finlandja f’Marzu, iċ-ċentru turistiku kellu jagħlaq. Minflok mar lura Brussell, Ahmed iddeċieda li jkompli l-vjaġġ tiegħu, motivat mill-esperjenza tiegħu fil-Lapland.
“Mort ngħix f’Ħelsinki, u wara ftit ġimgħat, sibt impjieg f’bar tas-sushi. Tgħallimt kif naqta’ l-ħut u nagħmel sushi. Kien vera interessanti! Iżda mbagħad, it-tieni mewġa tal-COVID-19 laqtet lill-Finlandja, li rriżultat fl-għeluq tar-ristoranti kollha. Din id-darba, ma kellix għażla ħlief li mmur lura lejn il-Belġju,” jiftakar Ahmed.
Minkejja l-isfidi li ħabbat wiċċu magħhom matul il-pandemija, Ahmed ma jiddispjaċihx li mar il-Finlandja. “Kont kuntent ħafna fil-Finlandja, u qed naħseb li nirritorna hekk kif ikolli l-opportunità. Il-mentalità tal-poplu Skandinavu togħġobni ħafna -huma nies li jilqgħuk u moħħom miftuħ. Inħeġġeġ lil kull min qed jikkunsidra jaħdem barra minn pajjiżu biex jaqbad u jagħmilha. Hija esperjenza pożittiva ħafna.”
Trid tibda l-avventura tiegħek barra minn pajjiżek? Minkejja l-pandemija, il-Konsulenti tagħna tal-EURES qegħdin hemm biex jagħtu pariri u jappoġġaw lil dawk li qed ifittxu impjieg biex isibu opportunitajiet madwar l-Ewropa. Ikkuntattja lill-helpdesktal-EURES biex tibda mil-lum.
Links relatati:
Actiris International
Ikkuntattja lill-helpdesktal-EURES
Aqra aktar:
Il-kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 7 Mejju 2021
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- L-aħjar prattika tal-EURES
- Stejjer ta' suċċess
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles