Wara li qabel kienet taħdem bħala maniġer tal-uffiċċju għal kumpanija kontabilistika f’Pariġi, Florence Pernock iddeċidiet li xtaqet tmur tgħix l-Irlanda biex tikseb esperjenza ta’ xogħol f’pajjiż li jitkellem bl-Ingliż. Florence kkuntattjat lill-EURES waqt li kienet qed tfittex xogħol u dawn malajr sabulha rwol fi Sligo, fil-Majjistral tal-pajjiż.
Florence issa taħdem bħala assistent f’Alainn Tours, operatur turistiku Franċiż li jispeċjalizza fil-vaganzi għal turisti frankofoni fl-Irlanda. “Id-dmirijiet tiegħi jinkludu ħidma amministrattiva ġenerali, kif ukoll ngħin biex jitjiebu l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni, ta’ ġestjoni u dawk organizzattivi tal-kumpanija,” spjegat Florence.
“Għażla tajba għal kulħadd involut”
Florence hija grata lejn membru partikolari tal-Persunal tal-EURES, Georgie Pevrol, għall-appoġġ li tatha meta marret tgħix l-Irlanda. “Hi kienet verament ta’ appoġġ, u fil-fatt kienet il-persuna li sabitli dan ix-xogħol,” spjegat Florence.
“Hekk kif rat l-offerta, ikkuntattjani biex tgħidli li dan kien IX-xogħol għall-profil tiegħi. Għalhekk applikajt għalih, u xahrejn wara, akkwistajtu!”
Florence tiftakar kif Georgie ipprovdiet appoġġ estensiv matul it-tfittxija tagħha għal xogħol u t-tluq tagħha minn pajjiżha. “Hi tatni parir dwar l-appoġġ finanzjarju li nista’ nirċievi għall-intervista barra mill-pajjiż u biex nitlaq lejn l-Irlanda, u xahar u nofs wara ċemplitli biex tiċċekkja li kollox kien sejjer tajjeb. Hija verament kompetenti u ta’ għajnuna kbira għall-ħajja ġdida tiegħi fl-Irlanda. Irringrazzjajtha ħafna għal dan!”
Georgie nfisha hija modesta dwar l-involviment tagħha. “Kien sforz tat-tim,” qalet. “L-offerta ta’ xogħol intbagħtet lili minn kollega, Marine, li kienet f’kuntatt mal-impjegatur. Bgħatt is-CV ta’ Florence b’rakkomandazzjoni kbira minħabba li kont naf li kienet kandidat serju u b’ħiliet.”
“Florence uriet fiduċja fil-parir tiegħi, u l-impjegatur kellu fiduċja f’Marine, u dan wassal għal għażla tajba għal kull min kien involut!” Georgie tiftakar.
“Hija ħajja ġdida, iżda togħġobni”
Għal Florence, l-aħjar ħaġa dwar ix-xogħol barra mill-pajjiż hija li tiskopri “ambjent ġdid, kultura ġdida u nies ġodda”. “In-nies Irlandiżi huma dħulin immens!” qalet.
Florence mhix ċerta x’hemm fil-futur, l-aktar minħabba li l-partner tagħha baqa’ fi Franza meta marret toqgħod l-Irlanda. Madankollu, hija aċċettat l-isfida li tgħix barra mill-pajjiż.
“Hija ħajja ġdida, iżda togħġobni”, qalet. “Li tmur tgħix f’pajjiż ġdid mhuwiex biss [ta’ benefiċċju] biex ittejjeb il-lingwa, iżda wkoll biex titgħallem dwarek innifsek. L-uniku dispjaċir tiegħi hu li għadni nitkellem wisq bil-Franċiż fl-Irlanda, għalhekk nagħti parir lil kull min jaħdem barra mill-pajjiż biex ikollu kuntatt kemm jista’ jkun maċ-ċittadini lokali.”
Florence tat dan il-parir “Jekk verament trid tikseb din l-esperjenza barra minn pajjiżek, żomm il-mira tiegħek f’moħħok, u qatt ma għandek taqtha qalbek”. “Emmen fik innifsek u kollox ikun tajjeb.”
“Is-servizzi tal-EURES huma impressjonanti u tassew kuntenta dwar kif it-tfittxija għax-xogħol tiegħi ibbenefikat minnhom.”
Jekk inti interessat li taħdem barra pajjiżek fl-Ewropa, żur il- portal tal-EURES illum biex tesplora miljuni ta’ xogħlijiet jew ikkuntattja membru tal-Persunal tal-EURES fir-reġjun tiegħek.
Links relatati:
Aqra aktar:
Sib Persunal tal-EURES
Il-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Onlineli ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 18 Ottubru 2019
- Auteurs
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Stejjer ta' suċċess
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles