Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet21 Frar 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni1 min qari

L-għajxien u x-xogħol fl-Awstrija magħmula aktar faċli għal persuni li jkunu għadhom kemm bdew jgħixu fil-pajjiż bis-saħħa ta' fuljett prattiku

Jekk qed taħseb biex tmur taħdem fl-Awstrija, ikun utli għalik li tagħti ħarsa tajba lejn il-Fuljett dwar l-Għajxien u x-Xogħol il-ġdid tal-EURES fl-Awstrija. B'aktar minn 60 paġna ta' fatti u informazzjoni utli li jkopru l-aspetti kollha biex tittrasloka ruħek b'suċċess lejn l-Awstrija, il-fuljett għandu jinqara minn kull min jikkunsidra li jmur jgħix f'dan il-pajjiż.

Living and working in Austria made easier for newcomers thanks to practical brochure
ThinkStock

Jekk qed tikkunsidra li tmur tgħix fl-Awstrija, jista' jkun li qed tistaqsi lilek innifsek, "X'irrid nagħmel biex nikri appartament?", "X'inhi s-sitwazzjoni tat-taxxa?", "Kif jaħdmu l-iskejjel?", "Il-kwalifika tiegħi se tkun rikonoxxuta", jew saħansitra, "Kif se nagħmel biex indaħħal il-kelb tiegħi?"

Jekk tixtieq torjenta ruħek ladarba tkun mort tgħix hemm, jew jekk sempliċement qed taħseb jekk l-Awstrija hijiex il-post adattat għalik, dan il-fuljett jista' jgħinek tagħmel deċiżjonijiet infurmati.

"It-tama tagħna hija li dan se jwitti t-triq għal dawk li jiġu hawnhekk biex jaħdmu u jgħinhom jifhmu aħjar x'inhu involut biex l-Awstrija ssir il-post tar-residenza tagħhom," jgħid Helmut Gerl, li huwa bbażat fl-uffiċċju ta' koordinazzjoni nazzjonali EURES tal-pajjiż.

L-għajxien u x-Xogħol fl-Awstrija issa huwa fl-10 sena tal-pubblikazzjoni tiegħu u Helmut jgħid li l-feedback minn persuni li qegħdin ifittxu impjieg, u dawk li jgħinuhom jibdew jaħdmu, kien pożittiv ħafna.

Iċ-ċiklu ta' produzzjoni, li jinvolvi l-kontenut, it-traduzzjoni, l-arranġament, l-istampa għall-verżjoni aġġornata, jibda f'Diċembru tas-sena u jispiċċa sa Marzu. "Għalkemm il-fuljett jirrikjedi ammont mhux ħażin ta' xogħol min-naħa tagħna, aħna kuntenti ħafna li l-informazzjoni vitali u d-dettalji ta' kuntatt kollha li se jkunu meħtieġa minn kull min jiġi l-Awstrija jistgħu jinstabu f'post wieħed," iżid jgħid Helmut.

 

Links relatati:

Il-fuljett bil-Ġermaniż u bil-Franċiż: Leben und Arbeiten  Vivre et Travailler en Autriche

Aktar Informazzjoni dwar l-Awstrija fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet ta' għajxien u xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avveniment Online li jmiss

EURES fuq Facebook

EURES fuqTwitter

EURES fuq LinkedIn

EURES fuq Google+

Temi
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Aħbarijiet esterni tal-EURES
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.