Din l-attività saret bi sforz kollaborattiv bejn il-Midja Kulturali fis-Servizz Pubbliku tax-Xogħol fil-EURES tal-Iżvezja u l-Istitut Pollakk tal-Film. L-għan tagħhom it-tnejn kien li jressqu x-xeneġġaturi Żvediżi wiċċ᾽imb᾽wiċċ ma᾽ produtturi Pollakki li qed ifittxu talent ġdid.
L-attività, li saret nhar it-23 ta᾽ Marzu f᾽Varsavja, kellha l-għan li tqarreb lejn xulxin l-imħuħ kreattivi, u dawk li għandhom il-mezzi għal kreattività.
Is-Servizz Żvediż tal-Kultura u x-Xogħol stieden applikanti minn xeneġġaturi Żvediżi mill-ġeneri kollha tal-finzjoni fosthom id-drama, il-kriminal, l-adoloxxenza u t-tfulija. Minn 60 applikant b'talent u li ttamaw li jintagħżlu, 11-il xeneġġatur intagħżlu. Dawn il-finalisti mbagħad marru l-Polonja biex jattendu għall-attività tal-Istitut Pollakk tal-Film fis-sede tagħhom bl-isem ta᾽ Kino Rejs, u jiltaqgħu mal-produtturi Pollakki li kienu mistiedna jattendu.
Ix-xeneġġaturi kellhom 8 minuti kull wieħed biex jispjegaw l-iskript lill-produtturi, u wara jattendu riċeviment fejn ikunu jistgħu jiltaqgħu u jagħmlu konnessjonijiet ta᾽ negozju.
L-eżitu mistenni jkompli jibni fuq is-suċċess tax-xeneġġaturi ta᾽ qabel f᾽Berlin. Ir-rispons miġbur mill-parteċipanti mill-erba᾽ attivitajiet preċedenti ta᾽ bejn l-2013-2016 urew li 20% tagħhom iffirmaw kuntratt maʼproduttur.
Dan riżultat tajjeb ħafna għal industrija li ħafna jafu kemm hu diffiċli tippenetraha. Ix-xogħol ta᾽ xeneġġatur huwa spiss meqjus bħala l-iktar karriera kreattiva iebsa biex tippenetraha, minħabba li hija differenti għal modi ta᾽ kitba oħra peress li mʼhemmx l-għażla ta᾽ awtopubblikazzjoni. Is-suċċess ħafna drabi jiddependi minn kemm xogħlok ikun f᾽idejn il-persuna t-tajba fil-mument it-tajjeb, iżda anki li xogħlok jinqara huwa kważi biċċa xogħol impossibbli.
Dawn huma l-ostakli li l-EURES tal-Iżvezja qed jaspira li jegħleb b᾽attivitajiet bħal dawn. L-għan hu li jkun hemm pjattaforma aktar aċċessibbli għax-xeneġġaturi Żvediżi, u jkollhom l-opportunità jiltaqgħu mal-professjonisti tal-industrija u jiksbu impjieg fl-Ewropa kollha.
Din l-attività riċenti kienet it-tieni waħda li saret fil-Polonja, u hemm oħrajn ippjanati fil-futur qarib f᾽pajjiżi oħra Ewropej bħal Berlin u Londra. Għal aġġornamenti dwar attivitajiet simili organizzati mit-Taqsima tal-Midja Kulturali tal-EURES fl-Iżvezja u attvitajiet importanti fil-futur, ibqa' żur il-Portal tal-Aħbarjiet tal-EURES.
Links relatati:
il-Midja Kulurali fis-Servizz Pubbliku tax-Xogħol
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet ta᾽ għajxien u xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta᾽ Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avveniment Online li jmiss
EURES fuq Facebook
EURES fuq Twitter
EURES fuq LinkedIn
EURES fuq Google+
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 9 Mejju 2017
- Autorid
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/Intraprenditorija
- Ideat u Suġġerimenti
- Ġranet tax-Xogħol/Avvenimenti
- Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
- Aħbarijiet/rapporti/statistika
- Xejriet ta' reklutaġġ
- Stejjer ta' suċċess
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles