It-tiftix ta’ impjieg – b’mod partikolari f’pajjiż ieħor – jista’ jkun proċess li joħloq sfida. Kmieni f’Marzu 2018, it-tim tal-EURES tad-Danimarka ddeċieda li jgħin lil dawk li qed ifittxu impjieg fil-pajjiż tagħhom billi nieda l-‘Make It Work in Denmark’ courseonline.
Il-kors ta’ tagħlim elettroniku, li huwa mfassal sabiex jixħet dawl, jipprovdi għarfien u joffri suġġerimenti relatati ma' kif wieħed isib impjieg fid-Danimarka, jiġi ppreżentat bl-Ingliż u jikkonsisti minn erba’ moduli:
- Kif tfittex impjieg fid-Danimarka: kif issib postijiet tax-xogħol battala, tikteb applikazzjoni u tiżviluppa CV li se tissodisfa l-ħtiġijiet tal-kumpaniji Daniżi;
- Kif tikkuntattja lill-kumpaniji u jkollok suċċess f'intervisti għal xogħol: l-aħjar mod kif tagħmel kuntatt mal-kumpaniji u tippreżenta lilek innifsek f’intervisti għal xogħol;
- Kif tuża Linkedln b’mod effettiv: kif tista’ ttejjeb l-profil tiegħek ta’ Linkedln għan-netwerking u għat-tiftix ta’ impjieg;
- Introduzzjoni għall-kultura fuq il-post tax-xogħol Daniż: kif tinnaviga post tax-xogħol Daniż u tindirizza sitwazzjonijiet li jistgħu ma jkunux familjari.
Il-kontenut għal dawn il-moduli jinkludi stejjer li ġraw verament minn individwi internazzjonali li sabu xogħol fid-Danimarka, eżerċizzju interattiv, vidjos dwar suġġetti differenti u kompiti prattiċi.
Il-flessibbiltà hija element ewlieni ta’ Make it Work in Denmark. In-natura online tal-kors tagħmlu forma ta’ tagħlim portabbli li jista’ jiġi aċċessat permezz ta’ tagħmir mobbli bħal tablets u smartphones. Ir-reġistrazzjoni hija miftuħa għal kulħadd u topera fuq bażi kontinwa sabiex in-nies ikunu jistgħu jibdew il-kors meta jkun tajjeb għalihom. Il-moduli jistgħu jitlestew ukoll f’diversi sessjonijiet u jistgħu jerġgħu jiġu aċċessati f’kull ħin, li jagħmel il-kors riżors li jgħodd għal kull żmien għall-persuni li qed ifittxu impjieg.
S’issa, aktar minn 170 individwu minn varjetà ta’ pajjiżi bdew il-kors u r-reazzjonijiet tal-bidu kienu pożittivi ferm. “Jien għaddejt il-moduli u jkolli ngħid li huma verament tajbin!” Tistqarr Ágnes Kalmár, inġiniera ċivili mill-Ungerija. “Dawn għandhom informazzjoni u ispirazzjoni bla qies; żgur li se nerġa’ ntihom daqqa t’għajn ta’ spiss.”
Stacey, professjonista Awstraljana fil-qasam tal-kura tas-saħħa li tgħix f’Aarhus, taqbel ma’ dan. “Jien deherli li l-moduli jinvolvu ħafna ’l dak li jkun, kienu interessanti u informattivi ħafna. L-informazzjoni kienet rilevanti u ġiet ippreżentata b’mod li jinftiehem faċilment. B’mod partikolari, jien għoġbitni l-varjetà fil-mod kif l-informazzjoni ġiet ippreżentata, peress li din għenet iżżomm l-interess tal-qarrej ħaj matul il-moduli.”
Jekk inħarsu ’l quddiem, l-għan tal-EURES tad-Danimarka huwa li għal dan il-kors jibdew 600 individwu kull sena. Diġà sar progress tajjeb sabiex dik il-mira tintlaħaq fl-2018 bis-saħħa tal-interess bikri qawwi li kien hemm, li juri entużjażmu ċar għall-pariri, is-suġġerimenti u l-għarfien li l-kors jista’ joffri lill-persuni li qed ifittxu impjieg.
Int persuna li qed tfittex impjieg fid-Danimarka? Tixtieq tiskopri aktar dwar il-kors ta’ tagħlim elettroniku Make It Work in Denmark u dwar kif tipparteċipa? Kulma trid tagħmel huwa li toħloq profil fuq is-sit web Work in Denmark biex tibda!
Links relatati:
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tal-għajxien u x-xogħol f’pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES
Servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
EURES fuq Facebook
EURES fuq Twitter
EURES fuq LinkedIn
EURES fuq Google+
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 11 April 2018
- Auteurs
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- L-aħjar prattika tal-EURES
- Aħbarijiet esterni tal-EURES
- Partijiet interessati esterni
- Ideat u Suġġerimenti
- Aħbarijiet/rapporti/statistika
- Midja soċjali
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles