Mur għall-kontenut ewlieni
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet6 Settembru 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

L-Ewwel Impjieg EURES tiegħek: X'se jieħdu minnha l-organizzazzjonijiet?

Oriġinarjament stabbilita fl-2012 bħala programm pilota, L-Ewwel Impjieg EURES tiegħek (YfEJ) hija skema tal-mobbiltà fl-impjiegi mmirata li qed tgħin lin-negozji u lill-organizzazzjonijiet jimlew postijiet battala f'setturi speċifiċi b'żgħażagħ b'talent mill-UE kollha.

‘Your first EURES Job’: What’s in it for organisations?

Għaliex għandek tissieħeb fl-inizjattiva YfEJ?

L-iskema YfEJ hija ideali għan-negozji u l-organizzazzjonijiet li qed ifittxu li jirreklutaw żgħażagħ għal xogħlijiet speċifiċi, iżda li qed ibatu biex isibu lil xi ħadd f'pajjiżhom. Il-fatt li tissieħeb f'YfEJ jiftaħlek il-bieb għal netwerk siewi ta' żgħażagħ li qed ifittxu xogħol u jippermettilek ukoll li tibbenefika mill-ideat ġodda u minn perspettiva li ħaddiem żagħżugħ, apprendista jew trainee minn pajjiż differenti jista' joffri.

X'inhuma l-benefiċċji ewlenin ta' YfEJ għan-negozji u l-organizzazzjonijiet?

  • Irreklama l-postijiet battala tiegħek f'netwerk wiesa' ta' impjegati żgħażagħ potenzjali;
  • Jekk inti intrapriża żgħira jew ta' daqs medju (SME), tirċievi appoġġ finanzjarju li bih tkopri l-ispejjeż tat-taħriġ u tal-integrazzjoni biex timpjega impjegat, trainee jew apprendista ġdid;
  • Tirċievi għajnuna sabiex tidentifika l-bżonnijiet tal-kumpanija tiegħek u tiddefinixxi programm ta' integrazzjoni xieraq u fattibbli li tista' toffri lil impjegati, apprendisti jew trainees futuri.

Liema negozji u organizzazzjonijiet jistgħu jipparteċipaw fl-iskema YfEJ?

Sabiex tissieħeb fl-iskema YfEJ jeħtieġ li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

  • Inti negozju jew organizzazzjoni li jinsabu fl-UE28, l-Iżlanda jew in-Norveġja;
  • Qed tfittex li tirrekluta żgħażagħ għal pożizzjonijiet speċifiċi u qed issib diffikultà biex issibhom fil-pajjiż tiegħek stess;
  • Lest li tirrekluta impjegati, apprendisti jew trainees li għandhom bejn it-18 u l-35 sena minn Stati Membri oħra tal-UE, min-Norveġja jew mill-Iżlanda;
  • Tistaʼ tipprovdi taħriġ fuq il-post tax-xogħol u appoġġ ieħor liż-żgħażagħ irreklutati?

Kif jistgħu n-negozji u l-organizzazzjonijiet jissieħbu f'YfEJ?

YfEJ hija implimentata mis-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) f'kull pajjiż li huwa membru tan-netwerk tal-EURES. Sabiex tissieħeb fl-iskema, kulma għandek tagħmel huwa li tirreġistra ma' wieħed minn dawn il-PES (normalment billi timla formola ta' applikazzjoni, tissottometti d-dettalji tiegħek fuq sit web jew tibgħat email fuq indirizz ta' kuntatt).

Jekk pajjiżek għadu ma jipprovdix speċifikament servizzi ta' YfEJ, allura inti tista' tikkuntattja lil xi waħda mill-organizzazzjonijiet fuq il-lista. Aħna nirrakkomandaw li tagħżel wieħed mis-servizzi ewlenin tal-impjiegi fl-Italja, fl-Iżvezja, fi Franza jew fil-Ġermanja.

Minn fejn nista’ nsib iktar informazzjoni?

Il-paġni tal-Ewwel Impjieg EURES tiegħek fuq is-sit web tal-EURES huma post tajjeb ħafna minn fejn tibda jekk tixtieq issir taf aktar dwar l-iskema. Hemm ukoll aktar informazzjoni, u numru ta' pubblikazzjonijiet utli bħall-gwida għall-Ewwel Impjieg tiegħek tal-EURES, disponibbli fuq is-sit web DĠ EMPL

 

Links relatati:

L-Ewwel Impjieg EURES tiegħek

Sit web ta' DĠ EMPL

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien f’pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Għajnuna u appoġġ
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.