Oksana u l-familja tagħha kienu qed jgħixu f’Donetsk, fl-Ukrajna, meta faqqgħet il-gwerra ta’ Donbass. Kienu jafu li ma setgħux jibqgħu u bdew ifittxu għażliet oħra. “Ir-raġel tiegħi kellu membri tal-familja Estonjani,” qalet Oksana, u fl-2016 kisbet permess ta’ residenza għar-ripatrijazzjoni. Imbagħad, f’Lulju ta’ dik is-sena, ġejt ma’ familti l-Estonja.”
Li tmur tgħix f’pajjiż ġdid, jista' jkun intimidanti. B’xorti tajba, The Welcoming Programme kien hemm biex jgħin lil Oksana tul il-proċess u jgħinha tissetilja fil-pajjiż ġdid tagħha. “Irċevejt ħafna informazzjoni utli permezz tal-moduli kollha [ta’ The Welcoming Programme]. Għoġbuni l-aktar il-kors tal-lingwa Estonjana u l-modulu dwar in-negozju peress li kienu utli għalija.”
Ir-raġuni għaliex partikolarment utli kienet li Oksana riedet twaqqaf negozju ta’ traduzzjoni fil-pajjiż ġdid tagħha. “Wara li bgħatt is-CV tiegħi lill-aġenziji kollha tat-traduzzjoni fl-Estonja u tnejn biss wieġbu — biex jinformawni li ma kellhomx bżonn is-servizzi tiegħi — bdejt naħseb dwar in-negozju tiegħi stess,” stqarret Oksana. “Diġà kelli klijenti għat-traduzzjoni u lezzjonijiet dwar il-lingwa mir-Renju Unit, l-Iżrael, il-Ġermanja u l-Ukrajna, u għaldaqstant ma bżajtx mill-idea li niftaħ kumpanija.”
“Waqqaft Pleasant English xahrejn wara li wasalt l-Estonja u rreġistrajtha permezz tal-internet. Għalija tajjeb ħafna għaliex in-negozju tiegħi huwa kompletament online u l-Estonja huwa post komdu ħafna biex tagħmel in-negozju online.”
Bil-mod il-mod minn dak iż-żmien Pleasant English bdiet tikseb suċċess, u Oksana ngħatat liċenzja mill-Ministeru tal-Edukazzjoni fl-Estonja u l-kumpanija tagħha saret uffiċjalment Pleasant English Hobby School. Reċentement, hija ngħatat id-drittijiet ta’ distribuzzjoni Estonjana għad-dar maġġuri ta’ pubblikazzjoni internazzjonali Cambridge University Press. “Issa, fil-biċċa l-kbira nixtri l-prodotti online tagħhom għall-istudenti tiegħi u korsijiet ta’ żvilupp professjonali online għall-għalliema tiegħi. Dak kien l-għan ewlieni. U noħlom li xi darba ħafna skejjel fir-reġjun Baltiku jużaw kotba u korsijiet minn fuq l-internet mill- Cambridge University Press.’
Barra x-xogħol tagħha, Oksana tgħid li kien bis-saħħa ta’ The Welcoming Programme li ħolqot ċirku soċjali ġdid fl-Estonja. “The Welcoming Programme kien l-ewwel post fejn għamilt ħbieb ġodda. Xorta għadni nikkomunika ma’ ħafna nies li ltqajt matul il-programm u nemmen li kull persuna li tkun għadha kemm waslet għandha tipparteċipa sabiex tiltaqa’ ma’ nies ġodda li jinsabu f’sitwazzjoni simili.”
“Il-ħajja u x-xogħol fl-Estonja huma kompletament differenti mill-ħajja fl-Ukrajna,” ikkonkludiet Oksana meta ġiet mistoqsija dwar l-esperjenza tagħha. Għalija, kollox huwa eħfef. Mhemmx burokrazija, il-leġiżlazzjoni hija ċara u d-dipartimenti tal-istat huma lesti biex jgħinu. L-Estonja għal qalbi u nħossni komda hawnhekk.”
The Welcoming Programme huwa wieħed minn żewġ inizjattivi ewlenin li l-Estonja timmaniġġja biex tħeġġeġ lill-ħaddiema jmorru l-Estonja u tappoġġahom meta jaslu. Biex issir taf aktar dwarhom, iċċekkja l-artiklu Estonia welcomes workers from beyond borders.
Links relatati:
Aqra aktar:
Sib il-Persunal tal-EURES
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Onlineli ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 29 Awwissu 2019
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/IntraprenditorijaL-aħjar prattika tal-EURESStejjer ta' suċċess
- Sezzjoni(jiet) relatati
- L-Għajxien u x-Xogħol
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles