Li tħossok anzjuż dwar ir-ritorn fl-uffiċċju huwa perfettament normali. Kemm jekk inti mħasseb dwar saħħtek jew dwar dik ta’ xi ħadd fl-unità domestika tiegħek, qed tibża’ mill-vjaġġ twil lejn ix-xogħol, jew sempliċiment drajt taħdem mid-dar – l-ansjetà dwar ir-ritorn fl-uffiċċju għandha tittieħed bis-serjetà. Li tieħu ħsieb is-saħħa mentali tiegħek huwa importanti daqs li tieħu ħsieb is-saħħa fiżika tiegħek. Għalhekk jekk qed tibża’ tirritorna għax-xogħol, ippreparajna xi suġġerimenti biex ngħinuk tagħmel it-tranżizzjoni tiegħek iktar faċilment.
Tinjorax dak li qed tħoss
Xi kultant meta nħossuna anzjużi dwar ix-xogħol, inħossuna imbarazzati għax naħsbu li aħna l-uniċi li qed inħossuna hekk. Huwa importanti li ma tinjorax l-ansjetà tiegħek, iżda li tiffaċċjaha u tipprova tifhem is-sors tagħha. Dan ma jfissirx li għandek tiffoka fuq is-sentimenti negattivi tiegħek. Li tiffaċċja l-biżgħat tiegħek u tifhimhom huwa l-ewwel pass biex tindirizzahom.
Ipprepara ruħek għall-kundizzjonijiet tax-xogħol il-ġodda
L-affarijiet jistgħu jkunu qegħdin jirritornaw lura għan-normal, iżda dan ma jfissirx li l-ambjent tax-xogħol tiegħek se jkun l-istess bħal qabel il-pandemija. Jista’ jkun hemm bidliet fis-seħħ biex l-impjegati jinżammu sikuri, bħar-regoli tat-tbegħid soċjali u l-maskri tal-wiċċ obbligatorji. Tista’ tkun teħtieġ ftit jiem jew ġimgħat biex tidra taħdem f’dan l-ambjent il-ġdid, u dan jista’ jġiegħlek tħossok aktar għajjien mis-soltu wara ġurnata xogħol.
Żomm bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata
Ix−xogħol mid-dar jista’ jkollu l-iżvantaġġi tiegħu, iżda ħafna nies jirrapportaw li tejjeb ħafna l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-benesseri tagħhom. Tħallix ir-ritorn fl-uffiċċju jaffettwa r-rutina tiegħek ta’ kuljum. Pereżempju, jekk inti mdorri tmur passiġġata fil-ħin tal-ikel, żomm ma’ din ir-rutina minkejja l-post tax-xogħol “ġdid” tiegħek, u pprova spiċċa xogħlok fil-ħin kull meta jkun possibbli.
Identifika s-sinjali tal-istress tiegħek
Il-ġisem jurik li jkun taħt stress, pereżempju meta żżomm ix-xedaq magħfus, spallejk u dahrek iebsin, jew il-mod kif tieħu n-nifs. Jekk tħossok taħt stress fl-uffiċċju, ħu minuta biex tidentifika dawn is-sinjali, ħu ftit nifsijiet fondi, u rrilassa u tmattar jew ħaddem dik il-parti ta' ġismek.
Xerred il-pożittività
Agħmel sforz biex tkun sors ta’ pożittività għall-kollegi tiegħek. Għall-bidu tista’ ssibha diffiċli, iżda malajr tirrealizza li dan huwa ta’ benefiċċju għalihom kif ukoll għalik. Dan l-approċċ se jgħinek tiffoka fuq l-aspetti pożittivi tar-ritorn fl-uffiċċju u mhux taħseb kontinwament fuq xenarji negattivi.
Esplora l-għażla ta' xogħol flessibbli
Ara x’inhi l-politika tal-kumpanija tiegħek dwar ix-xogħol flessibbli. Tista’ tiftiehem mal-impjegatur tiegħek dwar approċċ ibridu fejn taħdem mill-uffiċċju ftit jiem biss fil-ġimgħa. Tista’ tiddiskuti wkoll iċ-ċaqliq tas-sigħat tax-xogħol tiegħek biex tevita t-traffiku ta’ filgħodu/ta’ filgħaxija.
Tibżax titlob għall-għajnuna
Jekk qed tħoss li l-ansjetà qed tirkbek u għandek bżonn l-għajnuna, staqsi lir-Riżorsi Umani dwar kwalunkwe programm ta' saħħa mentali/benesseri disponibbli għalik. Taħsibhiex darbtejn biex tistaqsi wkoll lit-tabib tiegħek jew lil professjonist ieħor fil-qasam tas-saħħa għall-appoġġ.
Il-pandemija tal-COVID-19 bidlitilna ħajjitna f’diversi modi, b'mod partikolari fuq il-post tax-xogħol. L-iskedi, l-għodod, l-ambjenti u l-prijoritajiet tax-xogħol intlaqtu mill-kriżi tas-saħħa. Ara dan l-artiklu biex issir taf għaliex ix-xogħol fl-2021 jista’ jkun differenti.
Links relatati:
Kif il-pandemija tista’ taffettwa d-dinja tax-xogħol fl-2021
Aqra aktar:
Kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 1 Ġunju 2021
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/IntraprenditorijaŻgħażagħ
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles