Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet8 Marzu 2023L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Kull mentor tajjeb għandu jagħmel dawn l-10 affarijiet

Biex tkun mentor tajjeb fuq il-post tax-xogħol, mhuwiex biżżejjed li tkun tajjeb biss f’xogħlok. Hawnhekk, fi ħdan il-EURES, ħejjejna xi suġġerimenti biex ngħinuk toħloq relazzjoni siewja mal-mentees tiegħek.

Ten things every good mentor should do
Shutterstock

Siru afu lil xulxin

Biex tistabbilixxi relazzjoni tajba ta’ xogħol mal-mentees tiegħek, huwa importanti li l-ewwel issiru tafu lil xulxin. Kemm jekk f’kamra tal-laqgħat, sessjonijiet għal waqfiet jew fil-kċina tal-uffiċċju – ħu l-ħin biex titgħallem aktar dwar il-mentees tiegħek, min fejn ikunu ġejjin, x’wassalhom biex japplikaw għall-programm, x’inhuma l-interessi u l-aspirazzjonijiet tagħhom. Għidilhom dwarek innifsek ukoll. Dan iwassal biex il-partijiet iħossuhom aktar komdi u jaqbdu diskursata.

Ibni relazzjoni ta’ kooperazzjoni

Spjega lill-mentees tiegħek li inti m’intix il-kap u lanqas l-għalliem tagħhom. Minflok, inti l-kollega tagħhom f’din l-esperjenza u qiegħed/qiegħda hawn biex tgħinhom jisfruttaw bl-aħjar mod il-programm ta’ mentoraġġ tagħhom.

Oħloq objettivi personalizzati

Kull programm ta’ mentoraġġ għandu jkollu għanijiet ċari. Aħdem flimkien mal-mentees tiegħek biex tistabbilixxi l-objettivi tagħhom. Staqsihom x’objettivi jixtiequ jilħqu minn dan il-mentoraġġ, liema ħiliet jixtiequ jitgħallmu u liema esperjenza jixtiequ jiksbu. L-iffissar ta’ għanijiet personalizzati jżomm lill-mentees tiegħek motivati u jagħmel l-esperjenza tagħhom aktar interessanti.

Stabbilixxi komunikazzjoni ta’ kuljum

Kultant ir-rwol ta’ mentor tista’ tħossu bħala piż minħabba li ħafna drabi jkun addizzjonali mal-lista ta’ kompiti li trid twettaq. Irrispettivament minn kemm int impenjat(a), kun ċert(a) li jkollok ħin iddedikat biex tkellem lill-mentees tiegħek mill-inqas darba kuljum. Tħalli li qatt ma jħossuhom li qed jikkawżaw inkonvenjent.

Għallimhom biex isibu triqithom

Mentor tajjeb juża taħlita ta’ pariri u mistoqsijiet ta’ gwida. Xi drabi, li tiggwida lill-mentees tiegħek biex isibu t-tweġiba huma stess jista’ jkun ta’ valur akbar milli sempliċiment tagħtihom is-soluzzjoni.

Tibżax tgħid “Ma nafx”

Jista’ jkun li ma għandekx tweġiba tajba għall-mistoqsijiet tal-mentees tiegħek. Tibżax tgħid “Ma nafx” u staqsi lil kollegi oħra għal parir. Dan iservi ta’ tagħlima għall-mentees tiegħek dwar il-ħidma f’tim u l-onestà.

Żomm attitudni b’moħħok miftuħ

Xi drabi, li jkollok il-perspettiva ta’ persuna li ġejja minn barra tista’ twassal għal titjib ġdid fi proċessi ta’ xogħol antiki. Il-mentees tiegħek jistgħu jinnutaw żball fix-xogħol tiegħek jew jistgħu jindikaw mod ta’ kif il-metodi tiegħek jistgħu jittejbu. Li tieħu responsabbiltà għan-nuqqasijiet tiegħek jibni fiduċja fir-relazzjoni tiegħek mal-persuna li tkun qed tagħti mentoraġġ.

Kun pożittiv

Kun ċert(a) li tkun dejjem kostruttiv(a) meta tagħti l-feedback. Dejjem agħti rikonoxximent meta l-mentees tiegħek iwettqu xogħol tajjeb. Dawn l-affermazzjonijiet żgħar jgħinuhom biex jibnu l-fiduċja tagħhom fihom infushom.

Kun empatiku

Tinsiex li anki inti xi darba ma kellekx esperjenza. Ambjent tax-xogħol ġdid, kompiti li l-persuna ma tkunx familjari magħhom u kollegi ġodda – dan kollu jista’ jikkontribwixxi għal esperjenza stressanti. Kun ċert(a) li l-mentees tiegħek iħossuhom komdi fuq il-post tax-xogħol u indirizza kwalunkwe insigurtà li jista’ jkollhom.

Mexxi bl-eżempju

Ovvjament mentor tajjeb għandu wkoll ikun iservi ta’ mudell li persuna għandha ssegwi. Jekk tistenna li l-mentees tiegħek jidħlu għax-xogħol fil-ħin u jibqgħu ffukati matul il-jum tax-xogħol, inti trid issegwi l-pariri tiegħek stess. Kun l-impjegat li inti tixtieq li jkunu.

Programm ta’ internship żviluppat tajjeb jista’ jrendi ħafna benefiċċji, kemm għan-negozju tiegħek kif ukoll għall-intern. Ara s-suġġerimenti tagħna dwar il-mod kif tispikka bħala impjegatur preferut ta’ interns fost il-kompetituri tiegħek.

 

Links relatati:

Kif tiżviluppa programm ta’ internship kompetittiv għall-kumpanija tiegħek

 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Bażi tad-data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Ideat u Suġġerimenti
Sezzjoni(jiet) relatati
Ideat u Suġġerimenti
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.