Wara li temmet l-istudji tagħha, Kirsten bdiet tgħallem fi skola primarja fil-pajjiż ta' oriġini tagħha, in-Netherlands, fejn kienet kuntenta ħafna. “Kelli appartament sabiħ ħafna u ħajti kienet togħġobni,” kompliet tgħid. “Iżda xorta waħda kont għadni noħlom li mmur ngħix l-Iżvezja.”
Kirsten rat avviż ta’ impjieg permezz tal-EURES, fejn kienu qegħdin ifittxu għalliema fl-Iżvezja. “Ma kienx hemm bżonn li tkun taf titkellem Żvediż perfett, u allura ħsibt li dan kien iċ-ċans tiegħi.”
Bl-għajnuna tal-EURES, hija sabet impjieg fil-Muniċipalità ta’ Mora, fejn ilha taħdem minn Jannar tal-2018 ’l hawn.
Similaritajiet u differenzi
Merlijn Scheperboer, benefiċjarja Olandiża oħra tal-EURES, ukoll ilha taħdem bħala għalliema fil-Muniċipalità ta’ Mora minn Awwissu tal-2017. Fil-każ ta’ Merlijn, madankollu, l-għażla li tmur taħdem fl-Iżvezja kienet aktar waħda prattika.
Merlijn kienet qed tistudja fil-belt Żvediża ta’ Linköping fl-2017 meta ngħatat “opportunità eċċellenti”. “Qatt ma ħsibt li nibqa’ hemm wara l-istudji tiegħi, u allura lanqas biss kont qiegħda nfittex impjieg”, tammetti Merlijn.
Madankollu, iddeċidiet li tieħu ċans, peress li kienet taf li se jkun diffiċli għaliha li ssib impjieg bħala għalliema full-time fir-reġjun tagħha fin-Netherlands. “Kulma stajt nagħmel kien li nkun għalliema sostituta, mingħajr l-iċken sigurtà.”
“Wara li l-gvern għolla l-età tal-irtirar, l-għalliema aktar anzjani kellhom jaħdmu aktar fit-tul u l-postijiet battala għal għalliema żgħażagħ kienu ftit. Dan ma kienx japplika għall-pajjiż kollu, iżda kien il-każ taż-żona fejn kont ngħix jien.”
“Irridu nħarsu lil hinn mill-fruntieri”
Skont Lara Feller, il-Konsulenta tal-EURES fis-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi Żvediż Arbetsförmedlingen li tat pariri lil Kirsten u lil Merlijn, Arbetsförmedlingen ilha tikkoopera mill-qrib mal-Muniċipalità ta’ Mora mill-2016.
“Qed ikollna nuqqas inkwetanti ta’ għalliema fl-Iżvezja u rridu nħarsu lil hinn mill-fruntieri,” tispjega Lara.
“Peress li jien stess nitkellem bl-Olandiż, u rajna li l-Olandiżi inġenerali m’għandhomx diffikultà kbira biex jitgħallmu l-lingwa, kien l-ewwel pajjiż tal-għażla tagħna.
“Ktibt avviż bl-Olandiż u rreklamajt fuq il-midja soċjali, u malajr ġejt f’kuntatt ma’ Kirsten u Merlijn. Stedinnihom għal intervista, dawwarnihom mal-iskola u madwar il-belt, u ngħataw offerti ta’ impjieg.”
“L-EURES għenni kważi f’kollox”
Lara u l-EURES għenu f’diversi aspetti tat-trasferiment tal-għalliema – “kważi f’kollox”, kif qalet Merlijn.
“Lara Feller titkellem bl-Olandiż bħali. U allura kien veru faċli li tikkomunika magħha,” tgħid Kirsten. “Minbarra li għenitni biex insib impjieg, għenitni wkoll insib appartament.”
“Żgur nirrakkomanda lill-EURES lil ħaddieħor,” qalet Kirsten. “Ksibt l-għajnuna kollha li kelli bżonn u Lara għadha interessata fija u f’kif sejra fl-impjieg.”
“Napprezza ħafna l-għajnuna tal-EURES u żgur nirrakkomanda l-organizzazzjoni lil kull min qed jaħseb li jmur jgħix barra pajjiżu,” qalet Merlijn.
“Meta tmur tgħix f’pajjiż ġdid, ħafna mill-affarijiet ikunu xi ftit differenti u ma tkunx taf fejn għandek tmur u dak li għandek tagħti prijorità. L-EURES huwa appoġġ tajjeb ħafna biex jgħinek tibda.”
Jekk inti interessat taħdem barra l-pajjiż, tista’ tikkuntattja lill-Konsulent lokali tiegħek tal-EURES illum stess!
Links relatati:
Aqra aktar:
Il-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Onlineli ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 28 Marzu 2019
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- L-aħjar prattika tal-EURESAħbarijiet esterni tal-EURESAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàXejriet ta' reklutaġġStejjer ta' suċċessŻgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- L-Għajxien u x-Xogħol
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles