Mur għall-kontenut ewlieni
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet19 Marzu 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Stejjer ta’ suċċess ta' intrapriżi ġodda fl-Ewropa: tul l-għexieren ta’ snin

Siemens, Lego, Gucci, Virgin uSkype huma kollha ditti ewlenin fid-dinja. F'daqqa jimpjegaw eluf ta’ nies, joperaw f'mijiet ta' pajjiżi u jgawdu minn profitti kbar.

Start-up success stories in Europe: across the decades
EURES

Kollha kemm huma bdew ħajjithom fl-Ewropa.

L-intrapriżi Ewropej li jkunu għadhom kemm jiftħu ilu jkollhom impatt globali għal sekli sħaħ u hawn nagħtu ħarsa lejn xi wħud mill-istejjer ta’ suċċess tal-intrapriżi ġodda fl-istorja minn madwar il-kontinent.

1840-1899

Matul l-aħħar 170 sena, Siemens evolviet minn ħanut tax-xogħol f'bitħa Ġermaniża għal ċentru ta' manifattura industrijali b'aktar minn 370,000 impjegat. Il-kumpanija twaqqfet bħala Siemens & Halske fl-1847 u malajr sabet suċċess bl-invenzjonijiet tagħha u bil-linji tat-telefon fuq distanzi twal.

Siemens ma kinitx waħedha fit-twelid tagħha u fil-bidu umli tagħha. Fl-istess sena, bejn il-fruntieri fi Franza, Louis-François Cartier ħa f’idejh il-ħanut tax-xogħol ta’ ġojjellerija tal-imgħallem tiegħu u n-neputijiet tiegħu iktar tard għenu biex jibdlu n-negozju tal-familja f'ditta ta' lussu dinjija li tingħoġob kemm minn nies irjali kif ukoll miċ-ċelebritajiet.

L-Iskandinavja rat ukoll l-istabbiliment ta’ superpotenzi kummerċjali futuri matul dan il-perjodu meta l-ewwel inħolqot in- Nokia (il-Finlandja, 1865) u mbagħad Ericsson (l-Isvezja, 1876). Filwaqt li Ericsson kienet iffukata fuq it-telekomunikazzjoni minn meta twaqqfet bħala ħanut tat-tiswija tat-telegrafu fi Stokkolma, Nokia kienetoriġinarjament impjant wieħed tal-polpa li jipproduċi prodotti bħall-karta tat-toilet. Kien biss fil-bidu tas-seklu għoxrin li l-kumpanija bdiet tespandi fl-oqsma li hija famuża għalihom illum.

1900-1949

L-Ewropa tilqa' fiha varjetà ta’ manifatturi tal-karozzi famużi u l-Aston Martin tar-Renju Unit hija bla dubju waħda mill-aktar magħrufa, grazzi għall-assoċjazzjoni fit-tul tagħha ma' James Bond. Imwaqqfa mill-inġiniera Lionel Martin u Robert Bamford fl-1913, il-kumpanija kienet għadha qed taqbad meta l-produzzjoni tal-ewwel mudell tagħha twaqqfet minħabba li faqqgħet l-Ewwel Gwerra Dinjija. Minkejja dan il-bidu skuraġġanti u - xi drabi - storja turbolenti, il-marka Aston Martin ippersistiet u reċentement ġiet estiża f'forom oħra ta’ trasport inklużi spidbowts u sottomarini.

Guccio Gucci, ħaddiem immigrant f’lukanda kien qed jaħdem f'Pariġi u f'Londra meta kien ispirat mill-bagalji ta’ livell għoli li kien jara lill-klijenti tiegħu jġorru. Meta rritorna lejn l-Italja nattiva tiegħu, Gucci fetaħ ħanut għal oġġetti tal-ġilda fina f'ismu stess fl-1921. Kważi 100 sena wara, il-marka tal-moda lussuża ġiet ivvutata bħala s-sebgħa u erbgħin l-akbar marka ta' valur fid-dinja fl-2017 mir-  rivista Forbes b'valutazzjoni ta' $12.7 biljun.

LEGO hija waħda mill-iktar stejjer ta’ suċċess ta' intrapriżi ġodda l-aktar magħrufa tal-Ewropa. Imwaqqfa fid-Danimarka fil-bidu tat-tletinijiet, il-kumpanija oriġinarjament kienet toħloq ġugarelli tal-injam. Il-briks tal-plastik famużi ġew fl-1949, li jimmarka l-bidu tad-dominazzjoni minn Lego tas-suq tal-ġugarelli u lil hinn. F'dawn l-aħħar snin, il-kumpanija kkapitalizzat fuq il-popolarità dejjiema tal-prodotti tagħha billi espandiet  għall-films, logħob tal-vidjo u parks ta’ divertiment. Bl-ammont inkredibbli ta' 75 biljun  element LEGO mibjugħ fl-2016, il-legat tal-kumpanija jista' jidher madwar id-dinja.

1950-1999

L-għexieren ta’ snin wara t-Tieni Gwerra Dinjija raw espansjoni ekonomika mgħaġġla madwar l-Ewropa u l-intrapriżi ġodda komplew jiffjorixxu f'negozji b'saħħithom. Bejjiegħ bl-imnut tal-ħwejjeġ Primark, stabbilit fl-1969 fl-Irlanda, mela lakuna fis-suq bl-ilbies bi prezz baxx tiegħu u gawda minn tkabbir domestiku stabbli fis-snin bikrin tiegħu. Espansjoni Ewropea u Amerikana aktar reċenti wasslet lill-portafoll tal-kumpanija għal 320 ħanut fi 11-il pajjiż sal-2016.

Richard Branson jista’ jkun isem magħruf illum, iżda fil-bidu tas-sebgħinijiet kien intraprenditur ġdid li mexxa negozju ta’ korrispondenza ta' diski minn knisja u, li aktar tard, fetaħ ħanut tad-diski fir-Renju Unit. Dan sar Virgin Records u matul l-erbgħin sena ta’ wara, il-kumpanija espandiet fit-trasport, il-bejgħ bl-imnut u t-telekomunikazzjonijiet.  Illum il-ġurnata Virgin Group għandu  aktar minn 37 miljun segwaċi tal-midja soċjali, 53 miljun klijent madwar id-dinja u dħul globali ta’ £ 16.6 biljun.

L-aħħar parti ta’ dan il-perjodu rat żieda ta' intrapriżi ġodda bbażati fuq it-teknoloġija fosthom Avast (ir-Repubblika Ċeka, 1988), TomTom (in-Netherlands, 1991), CD Projekt (il-Polonja, 1994) u Opera Software (in-Norveġja, 1997). Bl-operat fl-oqsma tas-sigurtà online, in-navigazzjoni diġitali, il-logħob bil-vidjo u s-softwer rispettivament, dawn l-erba’ kumpaniji kollha kellhom suċċess sostanzjali bis-saħħa tal-prodotti innovattivi tagħhom u d-domanda dejjem tikber tas-suq diġitali.

2000-2018

Din ix-xejra teknoloġika baqgħet għaddejja fil-millennju l-ġdid, bi Skype isir malajr attur ewlieni ġdid fl-industrija tat-telekomunikazzjonijiet. Imwaqqfa fl-2003, il-kumpanija bbażata fil-Lussemburgu kienet il-pijuniera ta’ telefonati bil-vidjow bla ħlas minn kompjuter għal kompjuter u ġiet akkwistata minn Microsoft f'Mejju 2011 għal $ 8.5 biljun irrappurtati. Stimi reċenti juru li  n-numru ta’ utenti attivi tagħha ta' kull xahar jammontaw għal aktar minn 300 miljun.

L-Iżvezja rat it-tnedija ta’ Spotify fl-2008, li ġiet żviluppata bħala reazzjoni għall-ġlieda kontinwa kontra l-piraterija tal-mużika.
 Sa tmiem l-2012, il-bażi tal-utent tal-pjattaforma tal-istreaming tal-mużika kienet laħqet l-20 miljun utent attiv u kważi għaxar snin wara t-tnedija tagħha, Spotify ħabbret li din iċ-ċifra telgħet għal 140 miljun utent.

Fl-Ungerija, il-perit Ádám Somlai-Fischer ħoloq prototip uniku ta’ preżentazzjoni ta' zooming biex juri l-biċċiet tal-arti tal-midja. Dak il-prototip sar il-bażi ta' Prezi, li tnieda fl-2009 u li issa għandu 85 miljun utent u 325 miljun preżentazzjoni pubblika.

Aktar reċenti, William Shu ħoloq f'Londra Deliveroo wara li esperjenza n-nuqqas ta’ għażliet ta' konsenja tal-ikel tard billejl fil-belt. Il-kumpanija ġġenerat reklamar bil-fomm qawwi fl-ewwel sentejn tagħha u kienet kapaċi tespandi internazzjonalment fl-2015. Tliet snin wara Deliveroo qed topera f'14-il pajjiż u aktar minn 140 belt.

Din hija biss stampa żgħira tat-tipi ta’ intrapriżi ġodda li rnexxielhom jagħmlu suċċess u  li l-Ewropa ilha tipproduċi matul is-snin. Nisperaw li ġejt ispirat mill-istejjer tagħhom u għal aktar tagħrif dwar l-intrapriżi ġodda, jekk jogħġbok iċċekkja l-artikolu tagħna dwar x’għandek tagħmel u ma tagħmilx meta tiftaħ negozju.

 

Links relatati:

Siemens

Nokia

Gucci

Lego

Virgin

Skype

Spotify

Prezi

Deliveroo

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Negozju/IntraprenditorijaAħbarijiet esterni tal-EURESAħbarijiet interni tal-EURESAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàAħbarijiet/rapporti/statistikaStejjer ta' suċċessŻgħażagħ
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.