Mur għall-kontenut ewlieni
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet1 Awwissu 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Fil-mira tal-attenzjoni: L-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati

Riċentement, l-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati (EAfA) organizzat avveniment ta' livell għoli f'Malta biex tiċċelebra l-kisbet tagħha matul l-aħħar erba' snin u biex tħares lejn il-ġejjieni. Aħna ħsibna li jkun tajjeb li neżaminaw mill-qrib din is-sħubija unika u kif in-negozji u l-organizzazzjonijiet madwar l-Ewropa għadhom jistgħu jiġu involuti.

In the spotlight: The European Alliance for Apprenticeships

X'inhi l-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati?

L-EAfA, li tnediet fl-2013, tgħaqqad lill-gvernijiet flimkien ma' negozji, fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, sħab soċjali, korpi professjonali u netwerks, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, il-Kmamar tal-Kummerċ u aktar biex tindirizza l-qgħad fost iż-żgħażagħ.

Il-membri tal-EAfA huma impenjati li jieħdu azzjoni biex itejbu l-kwalità, il-provvista u l-immaġni tal-apprendistati.

Għaliex ġiet stabbilita?

Il-kriżi ekonomika fl-2008 affettwat liż-żgħażagħ b'mod sinifikanti, filwaqt li sploda l-qgħad fost iż-żgħażagħ madwar l-Ewropa. Filwaqt li, tul dawn l-aħħar snin, dawn ir-rati bdew jonqsu fil-maġġoranza tal-pajjiżi, il-livelli għoljin tal-qgħad fost iż-żgħażagħ ikomplu jkunu ta' tħassib.

L-apprendistati ġew rikonoxxuti bħala mod partikolarment effettiv kif iż-żgħażagħ jistgħu jiġu megħjuna jsibu impjieg, peress li l-kombinament tat-tagħlim fl-iskola mat-taħriġ fuq il-post tax-xogħol, jagħtihom it-taħlita unika tal-ħiliet li l-impjegaturi moderni jeħtieġu.

X’kisbet s’issa l-EAfA?

Sa Marzu 2017, il-kisbiet tal-Alleanza inkludew dan li ġej:

  • 35 pajjiż involuti;
  • Aktar minn 200 pleġġ li saru minn membri, li jiffukaw fuq il-kwalità, il-provvista, l-immaġni u l-mobilità;
  • Aktar minn 500,000 opportunità ta' taħriġ u impjiegi għaż-żgħażagħ mobilizzati;
  • L-Istati Membri tal-UE inkludew l-apprendistati fl-iskemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ tagħhom, li sal-2016, ammontaw għal 390,000 offerta.

Għaliex joffru apprendistat?

L-apprendistati huma mod tajjeb kif tressaq żgħażagħ b'ideat ġodda fil-kumpanija tiegħek u tħarriġhom biex jissodisfaw il-ħtiġijiet u telimina d-distakki fil-ħiliet tal-kumpanija tiegħek. Hemm ukoll appoġġ finanzjarju disponibbli permezz ta' programmi bħalma huwa l-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

X’inhuma l-benefiċċji li tingħaqad mal-EAfA?

Meta ssir membru tal-Alleanza inti ser ikollok viżibilità u aċċess akbar għal netwerk Ewropew ta' apprendistati fejn inti tista' taqsam l-aħjar prattiki u titgħallem mill-esperjenzi tal-oħrajn. Inti ser tirċievi informazzjoni dwar linji gwida, għodod prattiċi, rapporti u opportunitajiet ta' finanzjament, kif ukoll stediniet għal sessjonijiet ta' ħidma u avvenimenti rilevanti.

Kif tista' l-organizzazzjoni tiegħi tissieħeb fl-Alleanza?

L-organizzazzjoni tiegħek tista' tissieħeb mal-EAfA billi tagħmelpleġġqasira, u tibgħatha fuqempl-eafaatec [dot] europa [dot] eu (empl-eafa[at]ec[dot]europa[dot]eu) Din il-pleġġ tista' tkopri waħda mill-oqsma li ġejjin:

  • It-titjib ta' programm jew inizjattiva eżistenti;
  • It-tnedija ta' sħubija jew skema pilota ġdida;
  • Il-bidu ta' apprendistati f'pajjiż ġdid;
  • L-iffaċilitar tal-mobilità;
  • Ix-xogħol fuq il-kwalità;
  • Il-bini ta' sensibilizzazzjoni u attrazzjoni jew azzjonijiet oħrajn rilevanti.

Imbagħad, mill-inqas darba f'sena, inti ser ikollok bżonn tipprovdi informazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħek u r-riżultati tal-pleġġ permezz ta' stħarriġ onlajn.

Fejn tista’ ssib iktar tagħrif l-organizzazzjoni tiegħi?

Żurec.europa.eu/apprenticeships-alliance biex issir taf aktar dwar l-Alleanza u kif għandek timla pleġġ. Hemm ukollgrupp tal-EAfA fuq LinkedIn  li inti tista' tingħaqad miegħu jewinti tista' tibgħat email fuqempl-eafaatec [dot] europa [dot] eu (empl-eafa[at]ec[dot]europa[dot]eu) bi kwalunkwe mistoqsija.

 

Links relatati:

Alleanza Ewropea għall-Apprendistati

Garanzija għaż-Żgħażagħ

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
Kaxxa tal-għodda tal-UE għall-mobilitàAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàAħbarijiet/rapporti/statistikaŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.