Mur għall-kontenut ewlieni
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet18 Ottubru 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Intrapriża soċjali: Intraprenditorija b’impatt soċjali

Il-promozzjoni tal-intraprenditorija u ta’ persuni li jaħdmu għal rashom ilha mill-2010 element ewlieni tal-istrateġija tal-UE Ewropa 2020 għall-kisba ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

Social enterprise: Entrepreneurship with a social impact
Shutterstock

Kif qalet il-Kummissjoni Ewropea, l-intraprenditorija u l-persuni li jaħdmu għal rashom jgħinu biex joħolqu l-impjiegi, jiżviluppaw il-ħiliet u jagħtu lill-persuni qiegħda u vulnerabbli l-opportunità biex jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u fl-ekonomija.

Il-persuni li jaħdmu għal rashom jammontaw għal 14% tal-impjegati totali u għandhom rwol importanti fl-ekonomija tal-UE. Iċ-ċifri l-aktar reċenti tal-Eurostat juru li 30.6 miljun ruħ ta’ dawk fl-età bejn 15 u 64 fl-UE kienu jaħdmu għal rashom fl-2016. Meta jiġi kkunsidrat li l-SMEs jammontaw għal 99% tal-kumpaniji fl-UE u jammontaw għal żewġ terzi mill-impjieg totali, huwa evidenti għala l-Kummissjoni tappoġġa lil dawn in-negozji.

Sabiex tippromwovi l-intraprenditorija u l-persuni li jaħdmu għal rashom, il-Kummissjoni qiegħda:

  • tiffoka fuq negozji ġodda ta’ nies qiegħda u nies minn gruppi vulnerabbli;
  • tappoġġa intraprendituri soċjali
  • tgħin intraprendituri biex ikollhom aċċess għall-iffinanzjar billi tappoġġa l-fornituri tal-mikrokreditu permezz tal-programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI);
  • tappoġġja l-mikrofinanzjament permezz tal-Fond Soċjali Ewropew.

Intrapriża soċjali: Negozju b’laqta umana

F’dawn l-aħħar snin rajna interess dejjem jikber fl-intrapriżi soċjali fl-Ewropa kollha. Pereżempju, hemm madwar 43,000 intrapriża soċjali fi Spanja li huma responsabbli minn aktar minn 2.2 miljun impjieg dirett u indirett, skont studju kkummissjonat mill-Kumitat tal-Parlament Ewropew għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. L-istess rapport juri li l-fatturat tal-ekonomija soċjali jirrappreżenta 10% tal-PDG nazzjonali.

It-tkabbir tal-intrapriżi soċjali ħa spinta mill-għarfien dejjem jiżdied tar-rwol li dawn jista’ jkollhom fl-indirizzar ta’ sfidi soċjali u ambjentali u l-istimular tat-tkabbir inklużiv. Billi jiffukaw fuq il-persuni, dawn ikattru sens ta’ koeżjoni soċjali u jippromwovu l-ġid komuni.

Karatteristiċi bażiċi tal-intrapriżi soċjali

L-intrapriżi soċjali:

  • iservu l-interess tal-komunità (objettivi soċjali, soċjetali, ambjentali) aktar mill-massimizzazzjoni tal-profitt;
  • għandhom natura innovattiva, permezz tal-oġġetti u s-servizzi li joffru, u permezz tal-metodi ta’ organizzazzjoni jew produzzjoni li jużaw;
  • jimpjegaw il-membri l-aktar fraġli tas-soċjetà (persuni soċjalment esklużi), biex b’hekk jikkontribwixxu għall-koeżjoni soċjali, l-impjieg u t-tnaqqis ta’ inugwaljanzi.

Skont il-Kummissjoni, intrapriża soċjali għandha tissodisfa wkoll dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • timpenja ruħha f'attività ekonomika;
  • issegwi għan soċjali espliċitu u primarju;
  • ikollha limiti f’termini ta’ distribuzzjoni ta’ profitti u/jew assi;
  • tkun indipendenti;
  • ikollha governanza inklużiva

F’ċerti Stati Membri, dawn in-negozji għadhom fil-bidu iżda diġà qed ikollhom impatt soċjali.

L-aħjar prattika: Klimax Plus tal-Greċja

Klimax Plus tiżviluppa attivitajiet ta’ kummerċ sostenibbli fl-ekonomija soċjali u ambjentali permezz tal-integrazzjoni ta’ xogħol maħsub speċifikament għal persuni bi problemi ta’ saħħa mentali u persuni esklużi soċjalment (eż. persuni bla dar, Roma, ex-priġunieri, refuġjati u immigranti). Din il-kooperattiva soċjali Griega, li ġiet stabbilita fl-2005, tiġġenera dħul mill-ġbir ta’ karti u servizzi ta’ riċiklaġġ għal kumpaniji fis-settur privat (eż. kumpaniji tas-saħħa, sptarijiet, gruppi ta’ banek) u korpi pubbliċi. Toffri wkoll servizzi tal-kejtering u tmexxi ristorant. Fiċ-ċentru kulturali tagħha, Porfyra, nies minn sfondi kulturali u soċjali differenti jistgħu jiltaqgħu u jikkondividu l-esperjenzi u l-ideat tagħhom, u jitgħallmu dwar il-mard mentali u l-esklużjoni soċjali. Iċ-ċentru huwa miftuħ ukoll għal partijiet terzi għal avvenimenti kulturali, ta’ taħriġ u korporattivi.

Klimax Plus għandha wkoll stazzjon tar-radju online, li jipproduċi programmi li jgħaqqdu d-divertimentma’ informazzjoni dwar nies żvantaġġati. L-impjegati jistgħu jipparteċipaw ukoll fil-manifattura ta’ arloġġi tal-ħajt. S’issa, aktar minn 150 persuna ġew impjegati fil-kooperattiva soċjali.

 

Links relatati:

Intraprenditorija u persuni li jaħdmu għal rashom

Il-Kummissjoni Ewropea

Eurostat

Impjieg u Innovazzjoni Soċjali

Il-Fond Soċjali Ewropew

Studju kkummissjonat mill-Kumitat tal-Parlament Ewropew għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Impatt soċjali

Klimax Plus

Kooperattiva soċjali

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Negozju/IntraprenditorijaL-aħjar prattika tal-EURESPartijiet interessati esterniAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàAħbarijiet/rapporti/statistikaŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.