Mur għall-kontenut ewlieni
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet30 April 2021L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Sitt suġġerimenti biex issib il-perkors it-tajjeb tal-karriera

Meta tkun għadek tibda l-karriera tiegħek, jaf ikun diffiċli li tkun taf liema rotta għandek tieħu. Dawn huma l-aqwa sitt suġġerimenti tagħna biex jgħinuk issib il-perkors it-tajjeb tal-karriera.

Six tips for finding the right career path
Shutterstock

1. Aħseb dwar l-għanijiet tiegħek

Aħseb dwar dak li tixtieq mill-karriera tiegħek. Għan tal-karriera jista’ jkun rwol speċifiku - forsi minn dejjem xtaqt issir għalliem(a), pereżempju - jew kisba speċifika, bħal li tikkwalifika bħala inġinier jew tiftaħ ir-ristorant tiegħek. Tista’ tkun xi ħaġa ħafna inqas speċifika: forsi trid tkun f’karriera fejn tgħin lil ħaddieħor jew tagħmel xi ħaġa kreattiva? Li jkollok għanijiet fil-mira tiegħek se jgħin jagħti direzzjoni lill-perkors tal-karriera tiegħek.

2. Kun af x’inhuma l-kwalitajiet tajbin tiegħek

Jekk ma għandekx għanijiet ċari f’moħħok, tinkwetax - mhux kulħadd jaf xi jrid jagħmel fil-karriera tiegħu. Ibda billi taħseb dwar il-kwalitajiet tajbin tiegħek. Inti tħobb tkun ma’ persuni oħrajn jew taħdem aħjar waħdek? Inti tinqala’ bil-kliem jew tippreferi n-numri? Tkun aktar adattat(a) għal xogħol attiv u fiżiku, jew tippreferi toqgħod bilqiegħda ma’ skrivanija f’uffiċċju? Mistoqsijiet sempliċi bħal dawn jistgħu jgħinuk tifhem liema impjiegi jistgħu jgħoddu għalik.

3. Ħares lejn is-suq tax-xogħol

Jekk inti lest(a) tipprova opzjonijiet differenti, jaf ikun ta’ għajnuna jekk tagħmel xi ftit riċerka fis-suq tax-xogħol. Liema setturi se jkollhom bżonn il-ħaddiema fis-snin li ġejjin u x’ħiliet se jkollhom bżonn? B’dan il-mod tista’ ssib karriera li x’aktarx toffri bosta opportunitajiet interessanti. Imbagħad tista’ tiffoka fuq il-kisba tal-ħiliet u l-esperjenza t-tajba biex tkun aktar impjegabbli. Ftakar li jeżistu ħafna rwoli potenzjali, li ħafna minnhom jaf qatt ma smajt bihom!

4. Ipprova ppjana bil-quddiem, pass pass

Jekk taf fejn trid tasal fil-karriera tiegħek, l-ippjanar ta’ perkors mhux daqshekk preċiż biex tasal fejn tixtieq ikun ta’ għajnuna. Aħseb dwar liema impjiegi ta’ livell ta’ dħul se jagħtuk l-esperjenza l-aktar rilevanti u għal-liema impjiegi inti l-aktar ikkwalifikat(a). Xi impjiegi jistgħu jeħtieġu kwalifika akkademika jew vokazzjonali, iżda oħrajn jistgħu jinvolvu taħriġ fuq il-post tax-xogħol.

Għalkemm li tippjana minn qabel jgħin, tħossokx taħt pressjoni biex tippjana l-karriera kollha tiegħek. Il-karrieri jinbnew pass pass, għaldaqstant aħseb f’kull opportunità ta’ impjieg bħala opportunità biex titgħallem u tiżviluppa ħiliet ‘trasferibbli’ li tkun tista’ tapplika fi rwoli oħra fil-futur.

5. Tibżax tbiddel il-perkors tal-karriera tiegħek

Jaf tipprova impjieg jew settur partikolari u tiskopri li ma jgħoddx għalik. Jekk dan ikun il-każ tibżax tikkunsidra mill-ġdid il-pjanijiet tiegħek. Għalkemm ħafna minna rridu l-istabbiltà fil-karrieri tagħna, xi kultant ikollna nippruvaw impjiegi differenti biex insibu l-impjieg li jgħodd għalina. Huwa normali wkoll li xi kultant inkunu rridu sfida ġdida. Jekk m’intix tieħu pjaċir f’xogħlok, tibżax tbiddel ir-rotta tiegħek biex issib il-perkors it-tajjeb tal-karriera.

6. Agħti prijorità lis-sodisfazzjon fl-impjieg

Il-motivazzjoni hija parti tassew importanti mill-ħajja tax-xogħol. Jaf tkun xi ħadd li jaħseb f’miri tal-’istampa kollha’ fil-karriera tiegħek, jew taf issib il-motivazzjoni tiegħek fi sfidi żgħar ta’ kuljum. L-aktar ħaġa importanti hi li żżomm f’moħħok dak li tixtieq mill-karriera tiegħek u tipprova ssib impjieg li jagħmlek kuntent(a) fuq bażi ta’ kuljum.

Fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Ideat u SuġġerimentiŻgħażagħ
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.