Mur għall-kontenut ewlieni
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet8 Lulju 2021L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Tnedija tal-kampanja “Xogħol Staġonali mal-EURES”

L-EURES nieda kampanja ta’ sensibilizzazzjoni dwar ix-xogħol staġonali. Minn issa sal-aħħar ta’ Ottubru, se nkunu qed nikkondividu l-informazzjoni u l-għodod biex ngħinuk tifhem id-drittijiet u l-obbligi tiegħek bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol jew impjegatur, u kif tista’ tagħmel l-aħjar użu mill-opportunitajiet staġonali.

‘Seasonal work with EURES’ campaign launches
EURES

Għaliex xogħol staġonali?

Ix-xogħol staġonali huwa importanti ħafna għall-ekonomija tal-UE, b’mod partikolari f’setturi bħall-agrikoltura, it-turiżmu, l-ospitalità u l-kostruzzjoni. Kull sena, sa 850 000 ċittadin tal-UE jiċċaqlaq lejn Stat Membru ieħor biex jagħmel xogħol staġonali, iżda ħafna persuni li qed ifittxu impjieg u impjegaturi mhumiex ċerti dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom.

Dan huwa fejn tidħol il-kampanja tagħna – irridu ngħinuk issib l-informazzjoni li teħtieġ u tifhem kif l-EURES jista’ jappoġġak fit-tfittxijiet tax-xogħol jew fil-proċessi ta’ reklutaġġ staġonali tiegħek, speċjalment fil-kuntest diffiċli tal-COVID-19.

Din il-kampanja hija parti mill-kampanja “Drittijiet għall-istaġuni kollha” usa’ li qed titmexxa mill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA). Ara l-vidjo promozzjonali hawnhekk.

Persuni li qed ifittxu impjieg: Minn xiex għandek toqgħod attent

Jekk inti qiegħed tfittex impjieg, hemm ħafna raġunijiet tajbin biex tikkunsidra x-xogħol staġonali. Dejjem hemm opportunitajiet ta’ impjieg staġonali disponibbli fl-Ewropa kollha u dawn l-impjiegi huma mod flessibbli biex wieħed jitgħallem ħiliet ġodda, jaqla’ l-flus u jqatta’ ħin barra minn pajjiżu, mingħajr impenn fit-tul.

Dak li forsi ma tafx huwa li bħala ħaddiem staġonali, għandek ukoll sett wiesa’ ta’ drittijiet f’dak li jirrigwarda l-paga, is-sigħat tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza, u aktar. Matul il-kampanja se nkunu qed nikkindividu ħafna aktar informazzjoni utli biex ngħinuk tifhem id-drittijiet tiegħek u kif tagħraf ir-reklami ta’ impjieg foloz, id-diżinformazzjoni u l-frodi.

Ftakar li tista’ wkoll tikkuntattja lill-Konsulent tal-EURES lokali tiegħek biex tikseb gwida u appoġġ biex issib opportunitajiet. Jista’ jkun għad hemm ħin biex issib opportunitajiet staġonali għall-istaġun tas-sajf, għalhekk inħeġġuk tibda tħares illum.

Impjegaturi: Minn xiex għandek toqgħod attent

Bħala impjegatur, ir-reklutaġġ ta’ ħaddiema staġonali minn barra l-pajjiż jista’ jgħinek tiżgura l-persunal li għandek bżonn matul l-istaġuni l-aktar intensivi. Dan huwa partikolarment importanti jekk il-ħtiġijiet tal-persunal tiegħek ivarjaw matul is-sena, jew jekk għandek nuqqas ta’ kandidati xierqa f’pajjiżek stess.

Matul il-kampanja, l-EURES se jkun qed jikkondividi l-informazzjoni biex jgħinek tifhem id-drittijiet u l-obbligi tiegħek bħala impjegatur staġonali. Dan jiżgura li tkun tista’ tieħu vantaġġ sħiħ mir-reklutaġġ staġonali, filwaqt li tifhem ukoll ir-responsabbiltajiet li għandek lejn il-persunal li timpjega, speċjalment fil-kuntest tal-COVID-19.

Jekk int interessat li tirrekluta ħaddiema staġonali, tista’ tikkuntattja Konsulent tal-EURES biex tistaqsi mistoqsijiet u tikseb appoġġ f’aspetti amministrattivi.

Segwi l-kampanja għal aktar aġġornamenti

Matul is-sajf, se nkunu qed nippubblikaw dwar ix-xogħol staġonali fuq il-kanali ċentrali tal-EURES Facebook, Twitter, LinkedIn u Instagram bl-użu tal-hashtags #EURESeasonalWorks u #Rights4AllSeasons. Kun ċert li ssegwi l-kanali tagħna, tinteraġixxi mal-posts tagħna, u aqsamhom ma’ oħrajn li jistgħu jsibuhom interessanti jew ta’ għajnuna.

Il-biċċa l-kbira tas-servizzi fin-network tal-EURES huma attivi wkoll fuq il-mezzi tal-midja soċjali tagħhom stess. Inħeġġuk issegwi l-paġni tas-servizzi nazzjonali jew reġjonali tal-EURES tiegħek li se jikkondividu informazzjoni speċifika dwar ix-xogħol staġonali f’pajjiżek jew fir-reġjun tiegħek.

Se norganizzaw ukoll Ġimgħa ta’ Azzjoni għall-kampanja mill-20 sal-24 ta’ Settembru. Ħafna attivitajiet se jiġu organizzati fl-Ewropa kollha b’mod partikolari matul dan il-perjodu, għalhekk żomm għajnejk miftuħin għal aktar aġġornamenti!
 

Links relatati:

ELA: Kampanja “Drittijiet għall-istaġuni kollha”

L-EURES fuq Facebook: Vidjo tal-kampanja
8 raġunijiet għaliex għandek tikkunsidra xogħol staġonali

Erba’ affarijiet li għandek tkun taf dwar ix-xogħol staġonali fl-2021

Fittex Konsulenti tal-EURES

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Instagram

 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi  tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Aħbarijiet esterni tal-EURESAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàXejriet ta' reklutaġġMidja soċjaliŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.