Mur għall-kontenut ewlieni
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet27 Ġunju 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Kwalità u kwantità offruti fil-fiera tal-impjiegi Slovakka

Vapuri tal-kruċieri u ditti tal-kostruzzjoni madwar il-kontinent qed jilqgħu impjegati ġodda mis-Slovakkja grazzi għal Jum l-Impjiegi Ewropew.

Quality and quantity on offer at Slovakian jobs fair
EURES SK

Aktar minn 200 esebitur lokali u barrani ħadu sehem fil-Wirja tal-Impjiegi 2017 ta’ April f’Nitra, is-Slovakkja, b’50 minnhom li ppreżentaw opportunitajiet ta’ xogħol barra minn pajjiżhom fil-padiljun tal-Jiem l-Impjiegi Ewropej. Fost l-esebituri kien hemm impjegaturi, rappreżentanti ta’ servizzi tal-impjiegi privati u netwerks tal-informazzjoni tal-UE bbażati fis-Slovakkja. Kiem hemm ukoll Konsulenti tal-EURES minn 10 pajjiżi.

Serge Terburg huwa maniġer taż-żona, Nofsinhar, għall-Grupp Alertec fin-Netherlands, li jispeċjalizza fir-reklutaġġ għas-setturi tekniċi u tal-kostruzzjoni. “L-EURES laqgħuna b’idejhom miftuħin,” qal. “Kellimna lil bosta persuni li kienu qed ifittxu impjieg, u l-ewwel ħaddiema diġà bdew jaħdmu mal-klijent tagħna. Il-kwalifiki għoljin tal-ħaddiema Slovakki, flimkien mal-ħiliet lingwistiċi tajbin fl-Ingliż, ifisser li aħna u l-klijenti tagħna sodisfatti ħafna.”

Stefan Liebig, direttur maniġerjali tal-Aġenzija tal-impjiegi Slovakka Backup, ukoll kien kuntent bir-riżultati. “Diġà għandna tliet kandidati li ngħaqdu ma’ vapur tal-kruċieri ewlieni li jivvjaġġa fix-xmajjar u huma kuntenti bl-impjieg ġdid tagħhom,” spjega. “Barra minn hekk, għandna erba’ kandidati fl-istadju tat-tieni intervista għall-vapur tal-kruċieri li jivvjaġġa fix-xmajjar Ġermaniż A-ROSA. Għal vapuri tal-kruċieri li jivvjaġġaw fl-oċean, qed nippreparaw kuntratt ma’ tliet kandidati. Għalhekk, b’mod ġenerali nistgħu ngħidu li din kienet ta’ suċċess u stajna nilħqu klijenti potenzjali.”

Matul il-fiera ta’ jumejn, 6,500 ruħ żaru l-padiljun tal-Jiem l-Impjiegi Ewropej għal informazzjoni dwar xogħol barra minn pajjiżhom. Fost l-esebituri kien hemm Konsulenti tal-EURES mir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, il-Bulgarija, in-Netherlands, il-Ġermanja, l-Iżvezja, il-Finlandja u l-Litwanja.

Il-Konsulent tal-EURES Żvediż Olof Person qal: “Il-fiera offriet xi kandidati rilevanti ħafna għal dak li teħtieġ l-Iżvezja. Aħna għandna nikkunsidraw mhux biss il-kwantità iżda wkoll il-kwalità. Proprjament, jien iltqajt ma’ numru ta’ kandidati li kienu jitkellmu ftit Żvediż, li ma sseħħx ta’ spiss. Żgur li nirritornaw is-sena d-dieħla.”

Annabelle Schmitt, Konsulenta tal-EURES ibbażata f’Dortmund, spjegat: “Ħafna mill-persuni li kienu qed ifittxu impjieg u li tkellimna magħhom – tal-inqas ħamsin jew sittin – kienu interessati fl-ospitalità. Barra mis-setturi problematiċi bħal-loġistika, il-kostruzzjoni u l-IT, kien hemm diversi għalliema b’ħiliet eċċellenti fil-Ġermaniż interessati li jaħdmu fil-Ġermanja, kimiku tal-laboratorju wieħed u għalliem wieħed tal-kindergarten. Aħna sejrin nikkuntattjaw lill-kandidati kollha li tawna s-CVs tagħhom u li jixtiequ appoġġ bit-tfittxija tagħhom għal impjieg.”

L-esebituri offrew total ta’ 4,258 post tax-xogħol battal, prinċipalment fil-kostruzzjoni, fil-kura tas-saħħa u fl-ospitalità, u fi professjonijiet bħal mastrudaxxi, ħaddiema li jaħdmu xogħol tal-metall, welders, operaturi u xufiera. L-impjiegi fuq vapuri tal-kruċieri madwar l-Ewropa kienu karatteristika ġdida din is-sena.

Impjegaturi minn barra kellhom 435 intervista ma’ persuni li kienu qed ifittxu impjieg matul il-jumejn tal-fiera u għandhom il-ħsieb li jibdew impjieg ma’ 294 kandidat li ntgħażlu. F’ittra lill-esebituri wara l-avveniment, il-Koordinatur Nazzjonali tas-Slovakkja tal-EURES, Matúš Caban, qal, “Aħna fiduċjużi li l-fiera tal-impjiegi ta’ din is-sena għenitek tiskopri l-kandidati ideali għall-postijiet battala tiegħek, u ninsabu wkoll ħerqanin li nilqgħuk għall-fiera tas-sena d-dieħla!”

 

Links relatati:

Job Expo 2017

Grupp Alertec

Aġenzija tal-impjiegi Slovakka Backup

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-għajxien u x-xogħol f’pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

EURES fuq Google+

Temi
Negozju/IntraprenditorijaL-aħjar prattika tal-EURESPartijiet interessati esterniĠranet tax-Xogħol/AvvenimentiXejriet ta' reklutaġġMidja soċjali
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.