Mur għall-kontenut ewlieni
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet10 Jannar 2020L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Tħejjija għall-futur tal-ħiliet

L-avvanzi teknoloġiċi bħall-awtomatizzazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika qed ikollhom impatt profond fuq il-postijiet tax-xogħol tal-lum il-ġurnata u l-futur. Il-ħtiġijiet tal-ħiliet qed jinbidlu, u kemm l-UE kif ukoll il-gvernijiet nazzjonali rreaġixxew b’firxa wiesgħa ta’ inizjattivi. Iżda l-ħaddiema nfushom x’jaħsbu dwar is-sitwazzjoni?

Preparing for the future of skills
EURES

Sabiex jikseb għarfien dwar x’jaħsbu n-nies fuq il-mod li bih id-dinja tax-xogħol qed tinbidel, Deloitte riċentament wettaq Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol Ewropea. L-istudju fuq 15-il xahar stħarreġ aktar minn 15,000 persuna minn madwar 10 pajjiżi Ewropej. Hawnhekk ġbarna fil-qosor is-sejbiet ewlenin.

Il-maġġoranza tal-ħaddiema jaraw l-impatt tal-bidla teknoloġika bħala wieħed pożittiv.

Deloitte sab li l-ħaddiema huma b’mod ġenerali pożittivi dwar l-impatt tal-bidla teknoloġika fuq il-ħiliet:

  • 51 % tal-ħaddiema jemmnu li fi żmien 10 snin, l-awtomatizzazzjoni se ttejjeb il-kwalità ta’ xogħolhom;
  • 50 % jemmnu li l-awtomatizzazzjoni tagħtihom l-opportunità li jiżviluppaw ħiliet ġodda;
  • 48 % jħossu li l-awtomatizzazzjoni se tagħmilhom aktar produttivi;
  • 24 % biss jemmnu li l-awtomatizzazzjoni se twassal biex ix-xogħol tagħhom jibda jitqies żejjed;
  • 26 % biss jgħidu li l-awtomatizzazzjoni se tnaqqas is-sigurtà tax-xogħol tagħhom.

Meta jitqies il-livell tal-edukazzjoni, il-ħaddiema b’livelli ogħla huma aktar pożittivi dwar l-impatt tat-teknoloġija filwaqt li l-ħaddiema b’livelli aktar baxxi għandhom opinjoni aktar negattiva.

Il-maġġoranza tal-ħaddiema jħossuhom ippreparati għall-futur

Kważi 90 % tal-ħaddiema jemmnu li huma “ppreparati sa ċertu punt” jew “ippreparati sew” għall-futur.

F’termini ta’ profiċjenza fl-oqsma tal-ħiliet ewlenin:

  • 52 % jħossu li huma diġà profiċjenti fil-ħiliet avvanzati tal-IT (bi 23 % jiddikjaraw li jkollhom bżonn itejbu l-ħiliet eżistenti tagħhom);
  • 45 % diġà għandhom livell għoli ta’ għarfien tekniku (b’20 % li għandhom bżonn itejbu l-ħiliet eżistenti tagħhom);
  • 38 % diġa’ għandhom livell għoli ta’ ħiliet ta’ tagħlim (bi 19 % li għandhom bżonn itejbu l-ħiliet eżistenti tagħhom).

Il-ħaddiema jaraw lilhom infushom bħala aktar ippreparati għall-iżviluppi li jirriżultaw minn teknoloġiji emerġenti minn atturi oħra:

  • 26 % jemmnu li huma ppreparati sew;
  • 22 % jemmnu li l-impjegatur tagħhom huwa ppreparat sew;
  • 19 % jemmnu li s-settur tagħhom huwa ppreparat sew;
  • 14 % jemmnu li l-gvern/istituzzjonijiet politiċi huma ppreparati sew.

Il-maġġoranza tal-ħaddiema jemmnu li l-miżuri tal-politika għandhom jiffukaw fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ

Meta mistoqsija dwar il-miżuri differenti li l-gvern jista’ jibda, il-ħaddiema jagħtu l-akbar prijorità lill-edukazzjoni u lit-taħriġ:

  • 52 % tal-ħaddiema jemmnu li l-miżuri tal-politika għandhom jagħtu prijorità lit-titjib tad-disponibbiltà tat-taħriġ vokazzjonali;
  • 52 % iħossu li l-miżuri għandhom jagħtu prijorità lit-titjib tal-edukazzjoni sekondarja;
  • 46 % jemmnu li l-miżuri għandhom jagħtu prijorità lit-titjib tal-aċċess għat-teknoloġija l-ġdida;
  • 42 % jiddikjaraw li l-miżuri għandhom jagħtu prijorità lit-titjib tal-edukazzjoni universitarja;
  • 21 % biss jemmnu li l-miżuri għandhom jagħtu prijorità lir-restrizzjoni tal-użu tat-teknoloġiji li jpoġġu l-impjiegi f’riskju.

Meta wieħed iħares lejn il-livell ta’ edukazzjoni, dawk il-ħaddiema b’livelli aktar baxxi ta’ edukazzjoni huma aktar probabbli li jappoġġaw restrizzjoni fuq teknoloġiji ġodda.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ewlenin

  • Il-maġġoranza tal-ħaddiema diġà lesti jħaddnu l-potenzjal tat-teknoloġija. Dan huwa kontra dak li normalment jingħad, li l-ħaddiema jibżgħu mill-bidla teknoloġika u huma reżistenti għaliha. Deloitte jirrakkomanda li dawk li jfasslu l-politika għandhom isibu mod kif jinvolvu lill-ħaddiema fil-proċess ta’ tranżizzjoni, u li l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jiffukaw fuq l-iżvilupp ta’ narrattiva pożittiva madwar ir-rivoluzzjoni diġitali (eż. il-potenzjal tat-teknoloġija li toħloq l-impjiegi).
  • Ħaddiema b’ħiliet ta’ livell baxx jirriskjaw li jitħallew l-art sakemm ma titteħidx azzjoni adegwata. L-impjegati b’livell għoli ta’ kisba edukattiva huma aktar ottimisti dwar il-futur tax-xogħol minn dawk b’livell aktar baxx.Deloitte jirrakkomanda li l-gvernijiet għandhom jieħdu azzjoni biex jiżguraw li kulħadd ikun konxju mir-realtajiet tal-Industrija 4.0 u ppreparat għalihom, b’mod partikolari bl-użu ta’ miżuri ta’ politika mfassla apposta biex jgħinu lil dawk li huma l-aktar f’riskju li jitħallew l-art.
  • Il-ħaddiema jistennew li l-gvern jagħti eżempju u jipprovdi qafas ġenerali. Il-fatt li perċentwal għoli ta’ ħaddiema jħossu li huma ppreparati għall-futur jissuġġerixxi li xi wħud jaf qegħdin jissottovalutaw l-impatt tal-bidliet futuri u li hemm nuqqas ġenerali ta’ għarfien dwar il-bżonn li l-ħiliet jittejbu u li jingħata taħriġ mill-ġdid. Deloitte jirrakkomanda li l-gvernijiet u l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jipprovdu informazzjoni lill-ħaddiema u jagħtu eżempju pożittiv billi jadottaw teknoloġiji ġodda.
  • Il-gvernijiet għandhom jipprovdu l-aħjar ambjent għall-partijiet ikkonċernati biex jindirizzaw il-lakuni fil-ħiliet. Filwaqt li l-ħaddiema jemmnu li l-politiki dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom jingħataw prijorità, huma jħossu wkoll li l-provvediment tat-taħriġ huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu r-responsabbiltà tal-impjegaturi u mhux tal-awtoritajiet pubbliċi. Deloitte jirrakkomanda li l-kumpaniji għandhom imexxu t-tranżizzjoni teknoloġika billi jistabbilixxu kultura ta’ tagħlim u l-gvernijiet għandhom jinvestu fl-ETV u fit-tagħlim tul il-ħajja.

Aktar informazzjoni dwar l-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol Ewropea 2019 u s-sejbiet ta’ Deloitte tinsab fuq is-sit web ta’ Deloitte Insights.

 

Links relatati:

Deloitte Insights

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib il-Persunal tal-EURES..

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li għadhom se jsiru

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
Negozju/IntraprenditorijaAħbarijiet esterni tal-EURESAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàAħbarijiet/rapporti/statistikaXejriet ta' reklutaġġ
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.