Mur għall-kontenut ewlieni
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet21 Frar 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Il-laqta personali: Stejjer veri ta’ kif tirnexxi fid-Danimarka

Workindenmark ipproduċa ktejjeb ġdid li jiġbor numru ta’ stejjer personali ta’ suċċess ta’ nies li ħadu d-deċiżjoni kuraġġuża li jgħixu u jaħdmu fid-Danimarka.

The personal touch: Real stories of making it work in Denmark.

Il-ktejjeb, bl-isem ta’ “Making it Work in Denmark” (Kif Tirnexxi fid-Danimarka), isegwi l-provi u minn xhiex għaddew tmien min-nies, li kollha ġejjin minn pożizzjonijiet fil-ħajja differenti ħafna, li telqu minn djarhom, telqu lill-ħbieb u lill-familji tagħhom biex jibdew avventura Daniża.

Workindenmark huwa servizz għall-impjiegi pubbliku bl-għan li jgħin lil kandidati internazzjonali jsibu impjieg fis-suq Daniż, u jgħin lill-impjegaturi jsibu persunal għal pożizzjonijiet li diffiċli li jinstab xi ħadd għalihom. Ipproduċa l-ktejjeb bħala mezz ta’ kif jagħti sens veru ta’ xi jfisser li timxi għal post ġdid u tgħix fid-Danimarka bħala espatrijat.

“Making it Work in Denmark” juri l-abbundanza ta’ opportunitajiet fi ħdan is-suq tal-impjiegi Daniż. L-individwi li jidhru fil-ktejjeb sabu pożizzjonijiet ġodda f’varjetà ta’ oqsma professjonali, bħall-inġinerija, il-kura tas-saħħa, ix-xjenzi tal-ħajja, il-komunikazzjoni u l-IT.

Il-ktejjeb jipprovdi ħarsa lejn ir-raġunijiet għala dawn imxew għal post ġdid, l-ewwel impressjonijiet tal-pajjiż u l-kultura, id-diffikultajiet li affaċċjaw in-nies u kif għelbuhom, u d-differenzi żgħar li sabu meta waslu.

Kif isemmi Pedro Leitao, li mexa għal Aars minn Lisbona, il-Portugall: “L-ikbar sorpriża għalija kienet li d-Daniżi kellhom mentalità daqshekk miftuħa... wara t-tieni ġimgħa tiegħi diġà kont mistieden għall-ikel.”

Oħrajn jispjegaw is-sorpriża tagħhom bin-nuqqas ta’ ġerarkija fl-istruttura ta’ maniġment Daniża, li tippermetti progress fil-karriera aktar malajr u faċli minn f’xi pajjiżi oħrajn.

Il-ktejjeb jagħti fehim aktar fil-fond tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata fid-Danimarka. Kif jgħid Fabrizio Moroni, li huwa minn Milan iżda issa resident ta’ Skanderborg: “Kont sorpriż ħafna bil-fatt li l-affarijiet huma aktar kalmi meta mqabbla ma’ dak li mdorri bih jien, iżda xorta produttivi ħafna... Hawnhekk, naħdem inqas, iżda aktar iffukat. Hemm differenza kbira fil-kultura tax-xogħol.”

Il-ktejjeb jagħtik sens veru għar-realtà għala tagħmel bidla bħal din. Huwa jmur lil hinn minn statistika u numri, iżda huwa dwar nies veri u l-esperjenzi tagħhom, li jintqalu fi kliemhom stess.

Jekk qed tfittex impjieg, bidla fil-karriera u stil ta’ ħajja ġdid, għala ma tikkunsidrax id-Danimarka. Ikkuntattja lil Workindenmark biex tirċievi l-kopja tiegħek ta’ “Making it Work in Denmark” jew niżżel il-verżjoni pdf mis-sit web. Tista’ tagħmel kuntatt permezz tal-posta elettronika workindenmarkatworkindenmark [dot] dk (workindenmark[at]workindenmark[dot]dk) jew permezz ta’ chat diretta kull nhar ta’ Ġimgħa mill-10am - 1pm (CET).

 

Links relatati:

Workindenmark

 

Aqra aktar:

Sib Konsulenttal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li jmiss

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Stejjer ta' suċċess
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.