TuriAzores hija kumpanija turistika żgħira fil-gżejjer Azores, li tiffoka fuq żjarat iggwidati u attivitajiet fuq barra. Id-direttur tagħha kien qed ifittex li jimpjega persunal internazzjonali u għalhekk iddeċieda li jieħu sehem fl-avveniment tal-Jum Ewropew dwar l-Impjiegi Online magħruf bħala Seize the Summer, li sar fi Frar.
Fl-istess ġurnata li l-avveniment kien qed isir, Laura Combrié minn Franza kienet qed tfittex il-postijiet vakanti online. Hi rat l-opportunità ta’ impjieg ta’ TuriAzores għal gwidi tat-turisti u sewwieqa tal-vannijiet żgħar u applikat billi ċemplet lill-kumpanija. Il-kumpanija immedjatament uriet interess fil-profil ta’ Laura u ddeċidiet li timpjegaha.
TuriAzores hija bbażata fuq Terceira, parti mill-arċipelagu tal-Azores fl-Oċean Atlantiku. “Aħna nispeċjalizzaw f’tours tal-mixi mal-belt, hiking u trekking, tours bil-vann u bil-karozzi tal-linja u l-bqija. Bħalissa, it-tim tagħna għandu erba’ gwidi,” spjega d-direttur Miguel Mendonça.
“Aħna ddeċidejna li nieħdu sehem fil-ġurnata tal-impjiegi tal-EURES għaliex kellna bżonn nimpjegaw lil xi ħadd b’għarfien tajjeb tal-Franċiż jew tal-Ġermaniż. Jien kont qed infittex ukoll xi ħadd li kien lest għal esperjenzi u orizzonti ġodda.”
Il-proċess ta’ reklutaġġ kien faċli, qal, u ma kienx se jaħsibha darbtejn biex jirrakkomanda l-avveniment lil impjegaturi jew lil persuni li qed ifittxu impjieg oħrajn.
“Kont qed infittex informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol fl-Azores permezz tas-servizz tal-e-chat tal-EURES,” qalet Laura ta’ 27 sena, mir-reġjun ta’ Ardèche fi Franza. “Il-konsulent Portugiż li wieġeb il-mistoqsijiet tiegħi qalli dwar dan l-avveniment u stedenni biex nirreġistra għalih. Sibt lista ta’ kumpaniji li bgħattilhom applikazzjonijiet spekulattivi. Is-servizz tac-chat kien diffiċli biex jinftiehem għall-bidu, iżda jiena nirrakkomanda dan it-tip ta’ avveniment elettroniku, għaliex huwa mod ieħor biex issib informazzjoni.”
Laura issa qed tibbenefika minn appoġġ minn L-Ewwel Impjieg tal-EURES Tiegħek biex tmur toqgħod Terceira u tibda titgħallem il-Portugiż.
L-avveniment, li kien immirat lejn l-industriji tat-turiżmu u l-ospitalità, kien kollaborazzjoni bejn il-EURES tal-Portugall, tal-Kroazja, tas-Slovenja u ta’ Spanja, bl-Italja, il-Greċja, Malta u Ċipru li pparteċipaw ukoll.
“Ħafna impjegaturi kienu impressjonati bin-numru u l-kwalità tal-applikazzjonijiet li kisbu", qalet Ana Margarida Silva tal-EURES tal-Portugall, "u wrew interess li jipparteċipaw fʼedizzjonijiet futuri."
Links relatati:
TuriAzores is-sit web tal-kumpanija turistika
Gwidi tat-turisti u sewwieqa tal-vannijiet żgħar
L-Ewwel Impjieg EURES Tiegħek fil-EURES
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta᾽ Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
L-EURES fuq Google+
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 31 Lulju 2017
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- L-aħjar prattika tal-EURES
- Ġranet tax-Xogħol/Avvenimenti
- Xejriet ta' reklutaġġ
- Midja soċjali
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles