"Cité des Métiers – Beroepenpunt" infetaħ uffiċjalment fit-23 ta’ April 2018 fil-preżenza ta’ għadd ta’ persuni importanti, li jinkludu lil Marianne Thyssen, il-Kummissarju Ewropew għall-Impjiegi, Affarijiet Soċjali, Ħiliet u Mobbiltà tal-Ħaddiema.
Iċ-ċentru huwa bbażat fl-ewwel sular tal-Astro Tower, l-istess bini fejn huwa bbażat Actiris – is-servizz pubbliku tal-impjiegi fi Brussell li jaġixxi bħala l-Uffiċċju ta’ Koordinazzjoni ta' EURES għar-reġjun, kif huma wkoll xi msieħba oħrajn taċ-ċentru, bħal VDAB (is-servizz pubbliku tal-impjiegi fi Fjandra) u Tracé (permezz tas-servizz Leerwinkel tiegħu). Cité des Métiers – Beroepenpunt, bħal Actiris, se tipprovdi servizz bilingwi kemm bil-Franċiż kif ukoll bil-Fjamming.
L-ispazju ġdid ikopri aktar minn elf metru kwadru u huwa kompletament iddedikat sabiex jipprovdi pariri u gwida lil kull min qed ifittex informazzjoni dwar il-possibbiltajiet multipli disponibbli għalih fil-karriera tiegħu, kemm jekk huwa studju, taħriġ, xogħol, bidu ta’ negozju jew ċaqliq għal pajjiż jew reġjun ieħor.
Skont Marc Buvé, li jaħdem għal Actiris, l-għan tas-servizz il-ġdid huwa li jiggwida lill-viżitaturi kollha fl-iżvilupp ta’ “proġett” personali għall-ħajja professjonali tagħhom, adattat għad-dinja tax-xogħol attwali.
Waħda mit-temi ewlenin tiegħu, kif jispjega Marc, hija l-mobbiltà – li tinkludi mobbiltà transreġjonali, transnazzjonali jew internazzjonali. Parir individwali jiġi offrut sabiex il-viżitaturi jkunu jistgħu jitgħallmu dwar l-istudju, ix-xogħol jew apprendistat f’pajjiż jew f'reġjun ieħor. Huma inkoraġġuti sabiex “jazzardaw” jiċċaqalqu u jingħataw pariri dwar kif jistgħu jisfruttaw bl-aħjar mod din l-esperjenza.
Hemm pjanijiet ukoll għal taħriġ speċifiku dwar l-użu tal-Portal dwar il-Mobbiltà fix-Xogħol tal-EURES u s-sit tal-Internet ta’ Actiris. Hemm għadd ta’ kotba u riżorsi diġitali disponibbli fuq is-sit u konsulenti dwar il-mobbiltà minn Actiris – li huma stess huma membri tal-Persunal tal-EURES – huma preżenti wkoll fil-bini l-ħin kollu.
Iċ-ċentru huwa prattikament proġett konġunt, li jgħin sabiex tkun koperta kwalunkwe ħtieġa speċifika tal-viżitaturi tiegħu. It-tim huwa magħmul minn konsulenti minn Actiris u Bruxelles Formation, kif ukoll minn membri ta’ VDAB u Tracé. It-tim għandu wkoll rappreżentanti tal-Pôle académique de Bruxelles, il-Wallonia-Brussels Federation, is-Centre de validation des compétences, is-CEFA, Promotion sociale, l-EFP, SFPME u Worldskills Belgium.
Jekk inti bbażat fir-reġjun ta’ Brussell u interessat li ssir taf aktar dwar opportunitajiet ta’ impjieg, taħriġ, studju u mobbiltà, għaliex ma żżurx iċ-ċentru llum? Għandek issib Cité des Métiers – Beroepenpunt fl-Avenue de l’Astronomie 14, mixja qasira mill-istazzjon tal-metro Madou. Biex tikseb aktar informazzjoni, żur:
Links relatati:
Cité des Métiers – Beroepenpunt (Bil-Franċiż/Fjamming)
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 9 Settembru 2018
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- L-aħjar prattika tal-EURESTaħriġ EURESAħbarijiet esterni tal-EURESPartijiet interessati esterniAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàAħbarijiet/rapporti/statistikaŻgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- L-Għajxien u x-Xogħol
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles