Mur għall-kontenut ewlieni
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet17 Lulju 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Iltaqa’ mat-tim ta' EURES ta’ Spanja!

“X’inhu eżatt il-EURES?”“Min huma n-nies wara l-EURES ta’ Spanja?”“X’jagħmlu, u kif jistgħu jgħinuni?”

Meet the EURES Spain team!
EURES Spain

Jekk qatt ħsibt dwar it-tweġibiet għal xi waħda minn dawn il-mistoqsijiet, mela tfittixx aktar! It-tim ta’ EURES ta’ Spanja riċentament neda film qasir biex jintroduċi lilu nnifsu u n-netwerk ta’ EURES lin-nies ta’ Spanja.

Bl-għajnuna ta’ vidjow dinamiku, qiegħed jilħaq lil dawk li jista’ jkun għadhom ma jafux bin-netwerk ta’ EURES u s-servizzi li jipprovdi. Il-vidjow, disponibbli permezz tan-netwerks tal-midja soċjali tal-EURES ta’ Spanja, jagħti l-opportunità lil dawk li qed ifittxu xogħol biex "jiltaqgħu" mal-konsulenti individwali tal-EURES u l-membri tal-persunal minn madwar in-netwerk tal-EURES ta’ Spanja kollu.

Huwa verament jiftaħ il-bibien kollha fuq organizzazzjoni kbira biex juri n-nies veri wara l-kwinti, lil dawk li huma ddedikati biex jipprovdu għajnuna, pariri u assistenza fit-tfittxija tax-xogħol tiegħek fl-Ewropa - muri minn madwar 100 persuna li interaġixxew ma’ u kkummentaw dwar il-vidjow onlajn u l-paġna tal-kampanja.

It-tim tal-EURES ta’ Spanja jittama li bl-użu ta’ din il-forma ta’ komunikazzjoni popolari u viżiva, hu jkun jista’ jirrelata ma’ udjenza akbar b’mod aktar personali, u juri n-netwerk bħala aċċessibbli u faċli.

“Huwa mod meraviljuż u informali biex jintwera n-netwerk uman wara l-EURES ta’ Spanja u jressaqna eqreb lejn in-nies” qalet il-Konsulenta tal-EURES, Sonia Carné Padilla.

Jidher li dan s'issa qed jaħdem, peress li l-vidjow rawh aktar minn 1200 darba permezz tal-paġna ta’ Facebook tal-EURES ta’ Spanja. Peress li l-vidjow qed jibqa’ jinxtered madwar l-internet, it-tim hu pożittiv li l-messaġġ tiegħu se jilħaq lil dawk li qed ifittxu bidu ġdid barra l-pajjiż. Intlaħqu aktar minn 8,300 persuna permezz tal-kampanja ta’ Facebook, 72% minnhom kienu nisa u 24% irġiel. Il-faxxa tal-età l-aktar attiva kienet bejn l-etajiet ta' 25 u 34 segwiti minn persuni ta’ bejn il-45 u l-54 sena.

Kif jispjega l-vidjow, l-għan tan-netwerk tal-EURES ta’ Spanja huwa li jiffaċilita l-moviment ħieles għax-xogħol fi ħdan l-Istati Membri tal-UE. Is-servizzi msemmija fil-vidjow huma assistenza bir-rikonoxximent tal-kwalifiki, għajnuna bl-organizzazzjoni tat-taxxa u l-iżgurar li dawk li jfittxu l-impjieg huma konxji tad-drittijiet tagħhom meta jingħaqdu ma’ kumpanija ġdida, f’pajjiż ġdid.

Dak mhux kollox naturalment! Jekk trid tkun taf aktar dwar il-EURES, u x’jistgħu jagħmlu għal dawk li jfittxu x-xogħol u għal min iħaddem ikkuntattja lill-EURES fil-pajjiż tiegħek illum!

 

Links relatati:

Link għall-film qasir tal-EURES ta’ Spanja

Il-paġna ta’ Facebook tal-EURES ta’ Spanja

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet taʼ għajxien u xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta᾿ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li jmiss

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

EURES fuq Google+

Temi
L-aħjar prattika tal-EURESAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàXejriet ta' reklutaġġMidja soċjaliŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Għajnuna u appoġġL-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.