Mur għall-kontenut ewlieni
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet1 Mejju 2020L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Agħmel ix-xogħol mid-dar aktar faċli b’ħames passi sempliċi

Ħafna minna qed naħdmu jew nistudjaw mid-dar minħabba l-COVID-19. Qed nitgħallmu ngħixu r-rutini normali tagħna mingħajr ma noħorġu mid-dar. Filwaqt li jinstema’ faċli li wieħed joqgħod id-dar, dan iġib miegħu ħafna sfidi ġodda.

Make working from home easier with five simple steps
Shutterstock

Dawn huma ħames passi sempliċi biex jgħinuk tiġġestixxi l-isfidi l-aktar komuni meta tkun qed taħdem jew tistudja mid-dar.

1.Kun ċert li għandek l-apparat xieraq:

Dan jaf jidher bħala punt bażiku, iżda ma tistax tistudja jew taħdem mid-dar jekk ma jkollokx l-apparat xieraq. Jeħtieġ li taħseb dwar x’tuża regolarment u tipprova toħloq ambjent simili d-dar. Dan jaf ifisser li tipprova ssib skrin ieħor jew sett ta’ kuffji għal laqgħat online.

2.Ara li tkun komdu:

Li taħdem mid-dar ifisser li inti responsabbli mill-ambjent ta’ madwarek. Jekk is-siġġu tiegħek mhuwiex komdu, poġġi mħadda warajk biex isserraħ dahrek. Aħseb dwar id-dawl fil-kamra fejn qed taħdem – kamra mudlama jaf iġġiegħlek tħossok għajjien, iżda kamra mdawla se tgħinek tiffoka u ma tqabdekx ngħas.

Żbarazza l-post fejn taħdem qabel ma tipprova taħdem fih. Dan se jgħinek tikkonċentra billi se jelimina d-distrazzjonijiet.

3.Evita storbju li jfixklek:

Għall-kuntrarju ta’ uffiċċju jew librerija normali, jaf ikun hemm ħafna storbju li jfixklek minn dak li tkun qed tagħmel. Il-ġirien tiegħek jaf ma jirrealizzawx li inti qed tipprova tiffoka matul il-ġurnata. Jekk tpoġġi aktar ’il bogħod mit-tieqa jew f’kantuniera kwieta tad-dar jaf inaqqas l-istorbju ta’ barra u jgħinek tikkonċentra.

Jekk il-familja tiegħek jew dawk li jgħixu miegħek ikunu qed jagħmlu wisq storbju, għarrafhom bil-ħinijiet tat-telefonati tiegħek sabiex ikunu jafu meta għandhom joqogħdu kwieti jew poġġi sinjal fuq il-bieb tiegħek biex titlobhom ma jfixklukx waqt li tkun qed taħdem.

4.Uża għodod ta’ komunikazzjoni:

Jekk ma tgħix ma’ persuni oħra, il-fatt li taħdem mid-dar jaf iġiegħlek tħossok waħdek. Billi tuża għodod ta’ komunikazzjoni bħal Microsoft Teams u Skype jista’ jgħinek tagħmel kuntatt ma’ sħabek u tinsa d-distanza ta’ bejnietkom. Jekk tuża dawn l-għodod bis-sħiħ, mhux biss se jagħmel il-komunikazzjoni aktar malajr u aktar faċli, iżda jista’ jġiegħlek tħossok aktar qrib ma’ dawk li qed taħdem magħhom.

Tista’ tuża wkoll dawn l-għodod biex tissoċjalizza. Jekk iċċempel lil kollega bil-vidjo biex titkellmu flimkien waqt li tieħdu tazza kafè, jista’ jkun mod tajjeb biex taqta’ xi ftit mill-ġurnata. Billi tuża dawn l-għodod biex titkellem ma’ sħabek jew mal-familja tiegħek filgħaxija se jgħinek ukoll tissoċjalizza “barra” mix-xogħol.

5.Evita li taħdem iżżejjed:

Li ssib bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata qatt mhuwa faċli u jaf ikun aktar diffiċli meta taħdem jew tistudja mid-dar. M’intix se tara lil sħabek jibdew jippakkjaw l-affarijiet tagħhom fl-aħħar tal-ġurnata u m’intix se tkun tista’ titlaq mill-uffiċċju jew mil-librerija kif tagħmel is-soltu. Dan jaf jagħmilha diffiċli biex tkun taf meta għandek tieqaf u titfi l-apparat tiegħek wara li tkun lest. Huwa importanti li timxi ma’ skeda u jkollok ħin fiss kuljum biex titfi kollox u tirrilassa.

Li taħdem jew tistudja mid-dar jidher differenti għal kulħadd, iżda b’dawn il-ħames passi biex tegħleb l-isfidi l-aktar komuni, dan għandu jkun ferm aktar faċli.

Għal aktar suġġerimenti dwar kif taħdem mid-dar, ara l-artiklu tagħna kif tkun produttiv(a) meta tkun qed taħdem mid-dar.

 

Links relatati:

Skype

Microsoft Teams

Kif tkun produttiv(a) meta tkun qed taħdem mid-dar

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulenti tal-EURES

Kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Ideat u SuġġerimentiAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.