Tgħix u taħdem fl-Ewropa
Sabiex tkun tista’ tagħmel deċiżjonijiet informati dwar il-mobilità, min ifittex ix-xogħol u min iħaddem għandhom bżonn informazzjoni fuq varjetà ta’ mistoqsijiet prattiċi, legali u amministrattivi. Il-Portal tal-Mobilità tax-Xogħol ta’ l-EURES tipprovdi għodod ta’ informazzjoni biex tgħin u tappoġġja meta tikkunsidra li timxi għal jew tirrekluta minn pajjiż ieħor.
Id-database tal-kondizzjonijiet ta’ l-Għajxien u tax-Xogħol fiha dettalji ta’ numru ta’ affarijiet importanti dwar kif issib akkommodazzjoni, kif issib skola, kif tgħix, leġislazzjoni soċjali, tqabbil ta’ kwalifiki, eċċ.
Għodda importanti oħra ta’ informazzjoni hija t-taqsima ta’ l-Informazzjoni tas-Suq tax-Xogħol, li fiha informazzjoni dwar it-tendenzi kurrenti fis-suq tax-xogħol Ewropew bil-pajjiż, reġjun u settur ta’ attività.
Informazzjoni dwar avvenimenti li ser iseħħu dalwaqt, ta’ interess għal min ikun qed ifittex impjieg u għal min iħaddem fil-pajjiż jew fir-reħjun magħżula tista’ tinsab fil-Kalendarju ta’ l-Avvenimenti.
Dwar il-ħajja u x-xogħol
Persuna tista’ tikkonfondi taħseb dwar il-kwistjonijiet prattiċi, legali u amministrattivi meta tiġi biex tikkunsidra li titlaq minn pajjiżha. Il-paġni dwar il-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u x-Xogħol fuq il-portal tal-EURES huma mmirati biex jgħinuk tagħmel il-pass tiegħek barra l-pajjiż kemm jista’ jkun mingħajr xkiel billi jagħtuk l-informazzjoni kollha minn qabel. Tista’ ssir taf ukoll liema huma dawk is-setturi li għandhom żbilanċ sinjifikanti bejn il-postijiet tax-xogħol battala u l-ħaddiema, kemm fi żmien iqsar kif ukoll aktar fit-tul, li jistgħu jaffettwaw it-tfittxija tiegħek għax-xogħol.
Għalkemm id-dritt li tgħix u taħdem f’pajjiż ieħor tal-UE huwa wieħed mil-libertajiet fundamentali tal-UE, u japplika wkoll għan-Norveġja, l-Iżlanda, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera skont il-ftehimiet taż-ŻEE u tal-EFTA, iċ-ċittadini minn xi pajjiżi membri ġodda fl-UE huma suġġetti għal ċerti regoli transizzjonali. Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq kif il-ftehimiet transizzjonali jiġu applikati fil-pajjiżi differenti tal-EURES billi tfittex fit-taqsima ‘Moviment ħieles’ tal-portal, jew billi tidħol fil-link ta’ hawn taħt.
http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=466&langId=mt
Inti persuna li tqatta’ ammont ta’ żmien limitat taħdem għall-impjegatur tiegħek barra mill-Istat Membru li normalment taħdem fih? Jekk iva, allura inti titqies bħala "Ħaddiem Mibgħut" u tista’ ssib aktar informazzjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħek fit-taqsima ‘Posted Workers’ tal-portal Europa.
Għal aktar informazzjoni dettaljata, dejjem tista’ tikkuntattja lill-Konsulent tal-EURES lokali tiegħek, jew lil Konsulent tal-EURES ibbażat fil-pajjiż fejn tixtieq tmur, sabiex jagħtik l-għajnuna meħtieġa.