Sitwazzjoni tax-xogħol – Ottubru –Diċembru 2022
Fir-raba kwart tas-sena 2022:
- in-numru ta’ persuni b’età ta’ ʾl fuq minn 15–il sena li kienu jaħdmu kien ta’ 290,995 jew 63.3 fil-mija tal-popolazzjoni ta’ nies akbar minn 15-il sena;
- 8,732 persuna jew -1.9 fil-mija mill-istess grupp kienu qegħda (ma jaħdmux);
- filwaqt li -159,622 persuna jew 34.7 fil-mija tal-imsemmija popolazzjoni ma kienux attivi.
Ir-rata ta’ attività li tinkludi nies fis-suq tax-xogħol u dawk qegħda fir-raba kwart tas-sena 2022 kien stmat għal 80.9 fil-mija tal-popolazzjoni tal-età tax-xogħol. Meta tqabbel ir-raba kwart tas-sena tal-2022 ma’ dak tal-2021, wieħed jinnota li kien hemm żieda ta’ 1.1 fil-mija. L-għola rata ta’ attivita' kienet fost il-persuni li l-età tagħhom hi bejn-il 25 - 54 bi -91.3 fil-mija.
Il-parti tal-popolazzjoni li qiegħda f’impjieg
Fost il-popolazzjoni tan-nisa li jaħdmu, kien hemm 38.0 fil-mija li jaħdmu fis-settur tal-Amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u tal-ħidma soċjali; 21.0 fil-mija fis-settur tan-Negozju tal-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa, tiswija ta’ vetturi bil-mutur u oġġetti tad-dar, lukandi u ristoranti, u trasport; u 11.4 fil-mija jaħdmu fis-settur tal- Profesjonisti, xjentifiku, tekniku, administrattiv u servizzi ta appoġġ.
Il-maġġoranza tal-irġiel (26.5 fil-mija) kienu jaħdmu fis-settur tan-Negozju tal-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa, tiswija ta’ vetturi bil-mutur u oġġetti tad-dar, lukandi u ristoranti, u t-trasport; is-settur tal-Amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u tal-ħidma soċjali b’16.7 fil-mija; u warajh jiġi s-settur tal-Manifattura u xogħol fil-barrieri u oħrajn b’15.4 fil-mija.
B’mod ġenerali, l-aktar kategorija komuni ta’ xogħolijiet kienet dik fil-qasam tal-professjonisti, li jammonta għal 60,522 persuna jew 20.8 fil-mija. Din il-kategorija tinkludi xogħlijiet bħal tobba, dentisti, spizjara, inġiniera, għalliema, consulenti u oħrajn. Wieħed isib li 31,656 persuna jew 25.6 fil-mija tan-nisa jaħdmu f’dan ix-xogħol, u 28,866 persuna jew 17.3 fil-mija tal-irġiel jaħdmu f’dan ix-xogħol ukoll.
Bejn Ottubru u -Diċembru 2022, il-maġġoranza ta’ persuni mpjegati fuq bażi full-time kien ta’ 254,780 jew 87.6 fil-mija u -36,215 jew 12.4 fil-mija kienu jaħdmu f’xogħol part time. In-numru ta’ persuni li jaħdmu għal rashom kien jammonta għal 15.0, fil-mija ta’ dawk kollha li jaħdmu.
Is-salarju gross annwali fix-xahar tal-impjegati kien stmat għal €1,785 fis-sena. Dan l-ammont jirreferi għall-salarju bażiku u jeskludi ħlasijiet żejda bħal sahra, bonuses u allowances. Fuq bażi settorjali, l-ogħla salarju medju gross annwali għall-impjegati kien fis-settur Finanzjarju u Insurances filwaqt li l-ogħla salarju medju mill-okkupazzjoni prinċipali kienet irreġistrat fost l-Amministraturi maniġerjali.
Il-parti tal-popolazzjoni mingħajr impjieg
Bejn Ottubru u -Diċembru 2022, ir-rata tal-qgħad kienet stmata għal-2.9 fil-mija. L-aktar ammont ta’ nies qegħda kien fost il-persuni ta’ età bejn 25 u 74 sena. Fost il-persuni qegħda, 67.6 fil-mija qalu l’ilhom ifittxu xogħol inqas minn 12-il xahar.
Sors: Stħarriġ tal-Forza tax-Xogħol – -Ottubru u -Diċembru Q4/2022, ħarga Numru 044/2023
Links:
Skond l-informazzjoni amministrattiva tal-postijiet vakanti, fil-PES (Public Employment Service – Servizz Pubbliku għall-Impjieg) bejn Ottubru u Diċembru 2022, l-aktar 20 tip ta’ xogħlijiet/snajja mitluba huwa kif ġej:
Okkupazzjoni | Perċentwali mit-total tal-postijiet vakanti |
CLEANERS | 8.39% |
CLERKS | 7.70% |
SALESPERSON | 5.43% |
LABOURER BUILDING CONSTRUCTION | 3.93% |
WAITER | 3.60% |
HANDYPERSON / MAINTENANCE | 3.49% |
DRIVER (CAR TAXI VAN MINIBUS AND HEARSE) | 2.58% |
BRICKLAYERS AND STONEMASONS (BENNEJ) | 2.30% |
MANAGERS | 2.22% |
DELIVERYPERSON | 2.12% |
BOOKMAKERS CROUPIERS AND RELATED GAMING WORKERS | 2.09% |
MACHINE OPERATOR | 1.81% |
RECEPTIONIST | 1.53% |
BARTENDER | 1.40% |
CARE WORKER | 1.38% |
STOREKEEPER | 1.38% |
ADMINISTRATIVE OFFICER (AO) | 1.35% |
KITCHEN HAND | 1.28% |
LABOURER (INCL. FACTORY HAND UNSKILLED LABOURER) | 1.28% |
PLUMBER | 1.28% |
Fl-aħħar ta’ Jannar 2023, in-nies li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Jobsplus (PES), fittxew l-aktar għal xogħolijiet bħala Skrivani bi 29 fil-mija ; Bejjiegħa u Servizzi b’16 fil-mija u għal xogħolijiet Tekniċi u Professjonali bi 15 fil-mija.
Kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa li kienu qed jirreġisraw fittxew l-aktar għal xogħolijiet bħala Skrivani bi 23 fil-mija u 42 fil-mija rispettivament; u għal xogħolijiet ta’ Bejjiegħa u Servizzi bi 16 fil-mija u 18 fil-mija rispettivament; u għal xogħolijiet Tekniċi u Professjonali bi 15 fil-mija u 16 fil-mija rispettivament