Is-servizzi tal-EURES huma komprensivi u disponibbli għal dawk kollha Ewropej li qed ifittxu xogħol – qabel, waqt, u wara t-tfittxija tagħhom għal xogħol. Jindirizzaw kull aspett tal-għajxien u tax-xogħol barra mill-pajjiż, mill-għoti ta' gwida għall-karriera, ir-reviżjoni u t-traduzzjoni ta' CVs, l-analiżi ta' offerti, u l-iffaċilitar ta' vidjokonferenzi għall-intervisti, sa l-għoti ta' informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol Ewropew, l-għoti ta' pariri legali u tas-sigurtà soċjali, l-organizzazzjoni ta' fieri tal-impjiegi, u pariri dwar taħriġ, tagħlim tal-lingwi, u opportunitajiet ta’ finanzjament – biex insemmu biss ftit!
Din it-taqsima hija indirizzata għal dawk li qegħdin ifittxu x-xogħol mis-setturi tal-università u l-politeknik u dawk li b’mod ġenerali għandhom kwalifiki ogħla: studenti, gradwati, għalliema u riċerkaturi. Minħabba li ċerti setturi tax-xogħol huma mfittxija f’pajjiżi partikolari tal-UE, dawk il-persuni bi kwalifiki għoljin li jkunu qegħdin ifittxu x-xogħol għandhom ċansijiet tajbin li jsibu xogħol barra l-pajjiż.
Jekk tippjana li tibda karriera professjonali, issib xogħol ġdid jew tikseb opportunità ta’ taħriġ f’pajjiż ieħor taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u/jew fl-Iżvizzera, jekk jogħġbok agħti ħarsa lejn is-sezzjonijiet ta’ hawn taħt.
Huwa diffiċli li ssib impjieg jew opportunità ta’ taħriġ f’pajjiżek?
Iltqajt ma’ ħafna ostakli biex taħdem barra minn pajjiżek, u ma tafx kif se tegħlibhom?
L-Europass huwa s-sett tiegħek bla ħlas ta’ għodod u informazzjoni online biex jgħinek tiġġestixxi kull pass tat-tagħlim u l-iżvilupp tiegħek.
The latest EURES news for jobseekers
Is-sensazzjoni li tħossok stressjat(a) u mgħobbi(ja) żżejjed fuq il-post tax-xogħol tista’ tinbidel f’kundizzjoni aktar serja li tmur lil hinn minn sempliċiment tħossok għajjien(a). Aqra dwar is-sinjali tat-twissija relatati mal-eżawriment professjonali jew burnout, kif ukoll modi kif tista’ tevitah.
Hekk kif il-kriżi klimatika qed toqrob lejn il-quċċata tagħha, id-domanda għal ħiliet ekoloġiċi qed tiżdied. Dan huwa l-mod kif tista’ żżomm ruħek aġġornat(a) dwar il-bidliet li jaffettwaw lill-forza tax-xogħol.
Li tħossok apprezzat, irrispettat u sikur fuq il-post tax-xogħol huwa dritt fundamentali għal kull impjegat. Il-ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol inklużivi għandu l-għan li jindirizza dan, b’benefiċċji reċiproċi kemm għall-organizzazzjonijiet kif ukoll għall-ħaddiema.