Mur għall-kontenut ewlieni
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet22 Ottubru 2020L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Kif tirriloka għal impjieg b’mod sikur fiż-żminijiet tal-COVID-19

Ir-rilokazzjoni għal impjieg tista’ tkun proċess diffiċli fi kwalunkwe żmien, u l-pandemija tal-COVID-19 xejn ma għamlitha aktar faċli. Issa, aktar minn qatt qabel, jeħtieġ li nagħmlu r-riċerka tagħna qabel ma nippakkjaw il-basktijiet tagħna. Dawn huma l-aqwa erba’ suġġerimenti tagħna biex nirrilokaw għal impjieg b’mod sikur matul iż-żminijiet tal-COVID-19.

How to relocate for a job safely in COVID-19 times
EURES

Agħmel ir-riċerka tiegħek

L-aktar ħaġa importanti li għandek tkun taf meta tirriloka matul iż-żminijiet tal-COVID-19 hija kif se tasal fid-destinazzjoni l-ġdida tiegħek b’mod sikur. Dan jinkludi li ssir taf jekk il-pajjiż jew ir-reġjun hux qed jaċċetta wasliet ġodda, jekk hemmx xi rekwiżiti ta’ kwarantina li se jaffettwawk u liema miżuri ta’ sikurezza se jkollok bżonn tirrispetta. Il-fatt li ma tkunx familjari mar-regoli lokali mhux biss tissogra s-sikurezza tiegħek u tal-familja tiegħek — tista’ teħel multa.

Matul iż-żminijiet tal-COVID-19, huwa importanti li tkun taf liema miżuri ta’ sikurezza qed jiġu implimentati fid-destinazzjoni tiegħek. L-Ewropa Tiegħek, Eurodesku Ivvjaġġar waqt il-pandemija tal-coronavirus tal-Kummissjoni Ewropea jipprovdu pariri siewja dwar l-ivvjaġġar u l-applikazzjonijiet nazzjonali għat-traċċar tal-kuntatti. Re-open EU hija għodda online oħra utli li tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar il-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet differenti fis-seħħ fl-Ewropa kollha. Is-sit web interattiv jinfurmak dwar kwalunkwe restrizzjoni attwali għad-dħul flimkien mal-gwida lokali l-aktar reċenti dwar l-ivvjaġġar, il-miżuri ta’ sikurezza u r-riskji potenzjali għas-saħħa.

Kellem lill-impjegatur tiegħek dwar l-appoġġ disponibbli

Jekk teħtieġ gwida dwar kwalunkwe aspett legali jew amministrattiv tar-rilokazzjoni tiegħek, tista’ tikkuntattja lill-Konsulent tal-EURES lokali tiegħekukoll, li se jagħmel li jista’ biex jipprovdilek appoġġ personalizzat. Jekk tistaqsi lill-impjegatur mistoqsijiet importanti qabel ir-rilokazzjoni tiegħek, dan jgħinek tkun taf x’appoġġ tista’ tistenna hekk kif tkun qed tissettilja. Matul iż-żminijiet tal-COVID-19, hemm ċans li ma tkunx tista’ żżur il-post tax-xogħol tiegħek jew tista’ tħabbat wiċċek ma’ diffikultajiet biex tivvjaġġa għax-xogħol. Staqsi lill-impjegatur tiegħek x’jiġri f’dawn iċ-ċirkostanzi. Jekk ma tkunx tista’ tmur l-uffiċċju minħabba l-pandemija, skopri jekk intix se tiġi pprovdut bit-tagħmir it-tajjeb fid-dar, x’inhuma l-politiki tal-kumpanija rigward it-telexogħol u x-xogħol flessibbli u x’miżuri daħħlet fis-seħħ b’reazzjoni għall-pandemija.

Fittex kumpaniji bi prattiki sikuri

In-negozji fd-dinja kollha biddlu l-mod kif joperaw minħabba l-pandemija. Filwaqt li xi wħud għalqu kompletament, oħrajn biddlu l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom u introduċew regoli u regolamenti ġodda. Jekk qed tuża kumpanija tal-ġarr biex tgħinek fir-rilokazzjoni tiegħek, se jkollok bżonn tiċċekkja li din qed tuża proċeduri sikuri, bħal mobilità mingħajr kuntatt u tagħmir protettiv personali.

Żomm ruħek aġġornat inti u tiċċaqlaq

Karatteristika kontinwa taż-żminijiet tal-COVID-19 hija ħafna bidla. Dan jista’ jagħmilha diffiċli biex wieħed ikun jaf x’għandu jistenna waqt il-vjaġġ. L-aħjar mod biex tevita sorpriżi mhux mixtieqa matul ir-rilokazzjoni tiegħek huwa li żżomm ruħek infurmat b’mod attiv. Aħna nirrakkomandaw li tiċċekkja b’mod regolari siti web tal-ivvjaġġar bħal Re-open EU peress li dawn qed jiġu aġġornati b’mod kostanti bil-gwida l-aktar reċenti minn kull pajjiż. Mod ieħor kif iżżomm ruħek aġġornat huwa billi ssegwi mill-qrib l-aħbarijiet nazzjonali tad-destinazzjoni tiegħek billi taqleb in-notifiki minn applikazzjonijiet tal-aħbarijiet fuq l-ismartphone tiegħek. Dan jippermettilek tara l-aħbarijiet l-aktar reċenti, inkluż bidliet fil-gwida lokali hekk kif jitħabbru u li tippjana r-rilokazzjoni tiegħek kif xieraq.

Għal aktar pariri dwar l-ippjanar tal-ivvjaġġar tiegħek f’dawn iż-żminijiet inċerti, ara Ħames punti li għandek tikkunsidra meta tivvjaġġa fi żmien il-COVID-19.

 

Links relatati:

Re-open EU

L-Ewropa Tiegħek

Eurodesk

Ivvjaġġar waqt il-pandemija tal-coronavirus

Ħames punti li għandek tikkunsidra meta tivvjaġġa fi żmien il-COVID-19

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Il-Konsulenti tal-EURES..

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi  tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li għadhom ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Kaxxa tal-għodda tal-UE għall-mobilitàIdeat u SuġġerimentiAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.