Mur għall-kontenut ewlieni
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet19 Novembru 2020L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Kif tirrekluta b’mod effettiv mal-EURES matul il-pandemija

Il-pandemija tal-COVID-19 affettwat l-ambjenti tax-xogħol madwar id-dinja, u dan biddel il-mod li bih in-negozji jirreklutaw. Aqra l-aqwa ħames suġġerimenti tagħna biex tkompli tirrekluta f’dan l-ambjent diffiċli.

How to recruit effectively with EURES during the pandemic
EURES

Evalwa l-ħiliet li jeħtieġ in-negozju tiegħek

Biex tirrekluta b’mod effettiv u tattira l-kandidati t-tajba, se jkollok bżonn tiddeskrivi eżattament dak li qed tfittex. Iż-żminijiet tal-COVID-19 setgħu affettwaw ir-rwoli tax-xogħol tradizzjonali u fetħu opportunitajiet ġodda fin-negozju tiegħek, għalhekk ta’ min jevalwa mill-ġdid liema ħiliet huma meħtieġa. Se jkollok bżonn tidentifika rwoli potenzjali ġodda ta’ impjieg u tikkunsidra l-ħiliet u r-responsabbiltajiet li teħtieġ sabiex issib il-persuna adatta għall-impjieg.

Uża l-bażi tad-data estensiva tal-EURES

L-EURES huwa mibni madwar il-mobilità tax-xogħol u għandu l-esperjenza fit-tqabbil tal-impjegaturi mal-impjegati. B’aktar minn 600,000 CV disponibbli, u proċess ta’ tiftix faċli biex jintuża, dan jista’ faċilment jgħinek biex issib l-impjegat li jmiss tiegħek b’mod aktar effettiv. Il-karatteristika tat-tiftix “Sib il-kandidati” tippermettilek timmira lejn kandidati partikolari abbażi tal-ħiliet, il-lingwi, l-esperjenza u l-edukazzjoni tagħhom, fost kriterji oħra.

Espandi t-tiftixa tiegħek

Iż-żminijiet tal-COVID-19 wasslu għal aktar politiki tax-xogħol flessibbli u estiżi. Jekk in-negozju tiegħek ikun biddel kif jaħsibha dwar ix-xogħol flessibbli, jaf ikollok il-possibbiltà li tfittex aktar minn qabel għall-kandidat perfett. Minflok ma tillimita t-tfittxija tiegħek għaż-żona lokali tiegħek, ikkunsidra li tuża l-EURES biex jgħinek jegħleb l-ostakli ġeografiċi u tagħti prijorità lill-ħiliet minflok il-prossimità. Il-Konsulenti tal-EURES jistgħu jipprovdulek informazzjoni u pariri rilevanti dwar kif tirrekluta impjegati ġodda u tqabbel il-postijiet vakanti tiegħek ma’ kandidati xierqa madwar l-Ewropa.

Irid ikollok pjan ta’ reklutaġġ virtwali

Minħabba li ż-żminijiet tal-COVID-19 ġabu daqstant inċertezza, huwa essenzjali li n-negozji jkollhom proċessi online stabbiliti sabiex ikomplu jirreklutaw. Huwa possibbli li l-kandidati prospettivi ma jkunux jistgħu jivvjaġġaw għal intervisti u jista’ jkollhom iżommu miżuri ta’ tbegħid soċjali minħabba restrizzjonijiet lokali. Iċ-ċaqliq tal-proċessi ta’ reklutaġġ tiegħek online u l-intervistar tal-kandidati permezz ta’ pjattaformi bħal Zoom, Skype u Microsoft Teams, mhux biss jegħleb xi wħud mill-isfidi taż-żminijiet tal-COVID-19 iżda jiffranka wkoll il-ħin u l-flus għal kull min huwa involut.

Involvi ruħek f’avvenimenti virtwali tal-EURES

L-EURES jospita firxa ta’ avvenimenti virtwali, li jgħaqqdu lill-impjegaturi ma’ persuni li qed ifittxu impjieg mid-dinja kollha. Fieri virtwali tal-impjiegi jipprovdu l-opportunità perfetta biex tirreklama l-post tax-xogħol vakanti tiegħek, filwaqt li tiżgura li jilħaq udjenza ta’ persuni rilevanti li qegħdin ifittxu xogħol. L-avvenimenti jseħħu f’ħin stabbilit, u b’hekk il-parteċipanti jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom mal-impjegaturi f’ħin reali u jingħataw tweġiba għall-mistoqsijiet tagħhom. Bħala impjegatur, tista’ wkoll tagħti informazzjoni lill-parteċipanti dwar il-kumpanija u l-ambjent tax-xogħol tiegħek, kif ukoll il-pożizzjonijiet disponibbli. L-avvenimenti online malajr jistgħu jirriżultaw f’applikazzjonijiet għal impjieg peress li l-parteċipanti għandhom l-opportunità li jtellgħu s-CV tagħhom u japplikaw għal impjieg matul l-avveniment.

Għal aktar informazzjoni dwar ir-reklutaġġ mal-EURES, ara Kif l-EURES jista’ jgħinek tirrekluta impjegati ġodda fl-Ewropa.

 

Links relatati:

Zoom

Skype

Microsoft Teams

Sib il-kandidati

Avvenimenti tal-EURES

Kif l-EURES jista’ jgħinek tirrekluta impjegati ġodda fl-Ewropa

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
Negozju/IntraprenditorijaIdeat u SuġġerimentiXejriet ta' reklutaġġ
Sezzjoni(jiet) relatati
Għajnuna u appoġġL-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.